22002D0144



Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0013 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 144/2002

tat-8 ta' Novembru 2002

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll ta' aġġustament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness XX tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni taż-ŻEE Nru 134/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti dwar l-għoti ta' eko-tikketta għal xedd tas-saqajn u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi dwar l-għoti ta' l-eko-tikketta tal-Komunità għal televiżjonijiet [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim dwar Iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2eo (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/179/KE):

"- 32002 D 0231: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta' Marzu 2002 (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 50)."

2. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2et (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/607/KE):

"2eu. 32002 D 0255: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi dwar l-għoti ta' l-eko-tikketta tal-Komunit_ għal televiżjonijiet (ĠU L 87, ta' l-4.4.2002, p. 53)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2002/231/KE u 2002/255/KE bl-Islandiku u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2002, basta li n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kjartan Jóhannsson

[1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 34.

[2] ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 50.

[3] ĠU L 87, ta' l-4.4.2002, p. 53.

[4] L-ebda]ti[ijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------