Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0001 - 0002
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT GĦAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru 124/2002 tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li għandha x'taqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali għall-vetturi wżati għall-ġarr tal-passiġġieri u li jkun fihom iktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE [2] se tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapiolu I ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE): "- 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 (ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1)." 2. dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 45w (id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): ", kif emendata bi: - 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 (ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1)." 3. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal mal-punt 45x (id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): "45y. 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (ĠU L 4, tat-13.2.2002, p. 1). Id-disposizzjonijit tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattament li ġej: (a) Fl-Anness I, dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 7.6.11.1: "Neyðarútgangur". "Nødutgang".; (b) Fl-Anness I, dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 7.7.9.1: "Stoppistöð". "Stopper".". Artikolu 2 It-test tad-Direttiva 2001/85/KE fil-lingwa Islandiż u Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej għandu jkun awtentiku. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2002, ladarba n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 336, tat- 12.12.2002, p. 1. [2] ĠU L 42, tat- 13.2.2002, p. 1. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------