22002D0110



Official Journal L 298 , 31/10/2002 P. 0035 - 0036


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 110/2002

tat-12 ta' Lulju 2002

emenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1].

(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2002 tad-19 ta' Diċembru 2001 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 fuq l-klassifika ta' l-istatistikat ta' prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea [2] għandu jkun inkorporat f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 20b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim:

"- 32002 R 0204: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 36, tas-6.2.2002, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Nru 204/2002 fl-ilsna Islandiża u Norveġiża, li għandhom jkunu ppublikat fis-Supliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Marzu 2003, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. S. Gunnarsson

[1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 67.

[2] ĠU L 36, tas-6.2.2002, p. 1.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------