22002D0080



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0026 - 0029


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew (ŻEE)

Nru 80/2002

tal-25 ta' Ġunju, 2002

li temenda l-L-Anness I (dwar il-kwistjonijiet Veterinarji u fitosanitarji tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew (FEE)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-FEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-Qasam Ekonomiku Ewropew, kif emendat bil-Prokol li jiġġosta l-Ftehim dwar il-Qasam Ekonomiku Eworpew hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew FEE Nru 69/98 tas-17 ta' Lulju, 1998 [1].

(2) Sittax-il att dwar iż-żrieragħ għandhom jiġu nkorporati f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-anness ma' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testijiet tad-Direttivi 95/6/KE [2], 96/18/KE [3], 96/72/KE [4], 1999/8/KE [5], 1999/54/KE [6], Id-deċiżjonijiet 94/650/KE [7], 95/232/KE [8], 97/125/KE [9], 97/363/KE [10], 98/173/KE [11], 98/174/KE [12], 98/320/KE [13], 99/84/KE [14], 99/416/KE [15], 2000/165/KE [16] u 2001/18/KE [17] fil-lingwa ta' l-Iżlanda u Norveġiża, għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropew, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju, 2002, iżda n-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew (ŻEE) [18].

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-taqsima ta' l-EEA ta', u fis-Supplement ta' l-EEA tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Magħmul fi Brussel, 25 ta' Ġunju, 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 158 ta' l-24.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 67, tal-25.3.1995, p. 30.

[3] ĠU L 76, tas-26.3.1996, p. 21.

[4] ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10.

[5] ĠU L 50, tas-26.2.1999, p. 26.

[6] ĠU L 142, tal-5.6.1999, p. 30.

[7] ĠU L 252, tat-28.9.1994, p. 15.

[8] ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 22.

[9] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 35.

[10] ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 33.

[11] ĠU L 63, ta' l-4.3.1998, p. 30.

[12] ĠU L 63, ta' l-4.3.1998, p. 31.

[13] ĠU L 140, tat-12.5.1998, p. 14.

[14] ĠU L 27, tat-2.2.1999, p. 31.

[15] ĠU L 159, tal-25.6.1999, p. 53.

[16] ĠU L 52, tal-25.2.2000, p. 41.

[17] ĠU L 4, tad-9.1.2001, p. 36.

[18] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt FEE Nru 80/2002

Il-Kapitolu III ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt.

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fl-ewwel punt (Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE) fl-ewwel Parti:

"- 396 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE tat-18 ta' Novembru, 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)."

2. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu magħduda fil-punt 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE) fl-ewwel Parti:

"- 396 L 0018: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE tad-19 ta' Marzu, 1996 (ĠU L 76, tas-26.3.1996, p. 21),

- 396 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE tat-18 Novembru, 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)."

3. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu magħduda fil-punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE) fl-ewwel Parti:

"- 395 L 0006: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/6/KE tal-20 ta' Marzu, 1995 (ĠU L 67, tal-25.3.1995, p. 30),

- 396 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE tat-18 ta' Novembru, 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10),

- 399 L 0008: Id-Direttiva tal-kummissjoni 1999/8/KE tat-18 ta' Frar, 1999 (ĠU L 50, tas-26.2.1999, p. 26),

- 399 L 0054: Id-Direttiva tal-kummissjoni 1999/54/KE tas-26 ta' Mejju, 1999 (ĠU L 142, tal-5.6.1999, p. 30)."

4. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu magħduda fil-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE) fl-ewwel Parti:

"- 396 L 0018: Id-Direttiva tal-kummissjonI 96/18/KE tad-19 ta' Marzu, 1996 (ĠU L 76, tas-26.3.1996, p. 21),

- 396 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE tat-18 ta' Novembru, 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)."

5. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu magħduda fil-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE) fl-ewwel Parti:

"- 396 L 0018: Id-Direttiva tal-kummissjoni 96/18/KE tad-19 ta' Marżu, 1996 (ĠU L 76, tas-26.3.1996, p. 21),

- 396 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE tat-18 ta' Novembru. 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)."

6. L-inċiż li ġej għandu jiġi magħdud fil-punt 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/309/KEE) fit-tieni Parti:

"- 397 D 0125: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/125/KE tal-24 ta' Jannar, 1997 (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 35)."

7. Dan li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/213/KEE) fit-tieni Parti:

"12. 394 D 0650: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/650/KE tad-9 ta' Settembru, 1994 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporarnju dwar il-marketing taż-żerriegħa bl-ingrossa lill-konsumatur finali (ĠU L 252, tat-28.9.1994, p. 15), kif emendat bi:

- 398 D 0174: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/174/KE tas-17 ta' Frar, 1998 (ĠU L 63, ta' l-4.3.1998, p. 31).

13. 395 D 0232:Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/232/KE tas-27 ta' Ġunju, 1995 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju taħt id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE sabiex jistabbilixxu kondizzjonijiet li jkunu sudisfatti biż-żerriegħa ta' l-ibridi u assoċjazzjonijiet varjati tar-rapa ta' l-Isvezja u tar-rapa ta' nevew (ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 22), kif emendata bi:

- 398 D 0173: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/173/KE tas-17 ta' Frar, 1998 (ĠU L 63, ta' l-4.3.1998, p. 30),

- 399 D 0084: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/84/KE tad-19 ta' Jannar, 1999 (ĠU L 27, tat-2.2.1999, p. 31),

- 32001 D 0018: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/18/KE tal-21 ta' Diċembru, 2000 (ĠU L 4, tad-9.1.2001, p. 36).

14. 397 D 0125: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/125/KE tal-24 ta' Jannar, 1997 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakketti taż-żerriegħa taż-żejt u pjanti tal-fibra u li temenda d-deċiżjoni Nru 87/309/KEE: li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakketti ta' ċerti speċi tal-pjanta ta' l-għalf (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 35).

15. 398 D 0320: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/320/KE tas-27 ta' April, 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju dwar l-ikkampjunar u l-eżami taż-żerriegħa skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE (ĠU L 140, tat-12.5.1998, p. 14).

16. 32000 D 0165: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/165/KE tal-15 ta' Frar, 2000 li tħejji l-arranġamenti għall-provi komparattivi tal-Komunità dwar iż-żerriegħa u materjal li jkattar ta' ċerti pjanti taħt id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE u 69/208/KEE (ĠU L 52, tal-25.2.2000, p. 41).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattament li ġej:

Id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika ghal żrieragħ u materjal li jkattar li hu kopert bid-Direttiva 66/403/KEE."

8. Il-punti kif ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 71 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/208/KEE) bl-intestatura "ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITA TA' SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TA' KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIKKONSIDRAWHOM KIF XIERAQ:"

"72. 397 D 0363: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/363/KE tat-28 ta' Mejju, 1997 li temenda certi deċiżjonijiet li jawtorizzaw lil Franza biex tirrestrinġi l-marketing taż-żerriegħa ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti ta' l-agrikoltura (ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 33).

73. 399 D 0416: Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/416/KE tad-9 ta' Ġunju, 1999 li tawtorizza l-Istati Membri biex jippermettu temporanjament l-marketing taż-żerriegħa ta' ċerti speċi li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE: jew 66/402/KEE: (ĠU L 159, tal-25.6.1999, p. 53)."

--------------------------------------------------