22002D0076



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0017 - 0019


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 76/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Għaxar atti dwar is-saħħa ta' l-annimali - skambji ta' annimali ħajjin, kif ukoll dawk mqiegħedha fis-suq - għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/532/KEE:, li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar mill-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma għandiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjonijiet 2001/100/KE [2], 2001/139/KE [3], 2001/159/KE [4], 2001/183/KE [5], 2001/185/KE [6], 2001/187/KE [7], 2001/188/KE [8], 2001/294/KE [9], 2001/311/KE [10] u 2001/485/KE [11] fil-lingwi ta' l-Islanda u fin-Norveġiż, li se jiġu ippublikati fis-Suppliment taż-Żee tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 2002, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [12].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 20.

[2] ĠU L 36, tas-7.2.2001, p. 9.

[3] ĠU L 50, tal-21.2.2001, p. 20.

[4] ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 54.

[5] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 65.

[6] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 78.

[7] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 81.

[8] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 83.

[9] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 32.

[10] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 62.

[11] ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 64.

[12] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandha tkun emendata kif speċifikat hawn taħt.

1. It-test tal-punt 6 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/532/KEE:) għandu jiġi mħassar.

2. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/74/KEE):

"- 32001 D 0139: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/139/KE tat-12 ta' Frar 2001 (ĠU L 50, tal-21.2.2001, p. 20)."

3. L-Inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/124/KE):

"- 32001 D 0188: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/188/KE tat-28 ta' Frar 2001 (ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 83),

- 32001 D 0311: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/311/KE ta' l-4 ta' April 2001 (ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 62)."

4. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/125/KE):

"- 32001 D 0100: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/100/KE tat-22 ta' Jannar 2001 (ĠU L 36, tas-7.2.2001, p. 9)."

5. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/473/KE):

"- 32001 D 0159: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/159/KE tat-12 ta' Frar 2001 (ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 54)."

6. Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 44 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/233/KE):

"- 32001 D 0185: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/185/KE tas-27 ta' Frar 2001 (ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 78)."

7. Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 48 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/357/KE):

", kif emendata:

- 32001 D 0187: B'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/187/KE tas-27 ta' Frar 2001 (ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 81)."

8. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjon 98/361/KE):

"- 32001 D 0294: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/294/KE tat-30 ta' Marzu 2001 (ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 32)."

9. Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 62 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/296/KE):

"63. 32001 D 0183: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE tat-22 ta' Frar 2001 tniżżel il-pjanijiet kampjunarji u l-metodi tad-djanjosi għal-iskoperta u l-konferma ta' ċertu mard tal-ħut u tħassar id-Deċiżjoni 92/532/KEE: (ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 65)."

10. Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 39 taħt l-intestatura "ATTI LIEMA L-ISTATI TA" L-EFTA U L-AWTORITÁ TAS-SORVELJANZA GĦANDHA TIEĦU KONT TAGĦHOM' (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/221/KE):

"kif emendata:

- 32001 D 0485: B'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/485/KE tal-15 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 64)."

--------------------------------------------------