22002D0072



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0007 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 72/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u fitosanitarji) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 149/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/288/KE tat-3 ta' April 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE li tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut, b'relazzjoni mal-lista tal-laboratorji nazzjonali ta' referenza għall-mard tal-ħut [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/293/KE tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard li jeffettwa molluski bivalvi, b'relazzjoni mal-lista tal-laboratorji nazzjonali ta' referenza għall-mard ta' molluski bivalvi [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tgħodd għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Taqsima 3.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I li jinsab mal-Ftehim għandha tiġi emendata kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE):

"- 32001 D 0288: Id-Deċiżjoni 2001/288/KE tat-3 ta' April 2001 (ĠU L 99, ta' l-10.4.2001, p. 11)."

2. Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE):

", kif emendat b:

- 32001 D 0293: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/293/KE tat-30 ta' Marzu 2001 (ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 30)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/288/KE u 2001/293/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 20.

[2] ĠU L 99, ta' l-10.4.2001, p. 11.

[3] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 30.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------