22002D0044



Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0030 - 0031


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 44/2002

tad-19 ta' April 2002

li temenda L-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 25/2002 ta' 1 ta' Marzu 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001 tal-15 ta' Ottubru 2001 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 9 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"32001 R 2020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001 tal-15 ta' Ottubru 2001dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 6)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2020/2001 fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103 (1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 110, tal-25.4.2002, p. 27.

[2] ĠU L 273, tat-16.10.2001, p. 6.

[3] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------