Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0027 - 0028
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2597 ta' l-24 ta' Lulju 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2597/95 dwar is-sottomissjoni ta' l-istatistiċi dwar il-qabda nominali mill-Istati Membri fl-Atlantiku tat-Tramuntana [2], irid jiġi inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 25ċ (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2597/95) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim: "kif emendat bi: - 32001 R 1638: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2001 ta' l-24 ta' Lulju 2001 (ĠU L 222, tas-17.8.2001, p. 29)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament (KE) Nru 1638/2001 fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 39. [2] ĠU L 222, tas-17.8.2001, p. 29. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------