22002D0019



Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0017 - 0018


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 19/2002

ta' l-1 ta' Marzu 2002

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2002 ta' l-1 ta' Frar 2002 [1].

(2) Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummisjoni 2001/290/KE tal-21 ta' Marzu 2001 dwar il-parametri bażiċi tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija riferita fl-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 96/48/KE [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 93 (ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2000C 56/02) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

"94. 32001 H 0290: Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummisjoni 2001/290/KE tal-21 ta' Marzu 2001 dwar il-parametri bażiċi tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija riferita fl-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 96/48/KE (ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 17)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjoni 2001/290/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 88, ta' l-4.4.2002, p. 12.

[2] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 17.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------