22002D0017



Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0013 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 17/2002

ta' l-1 ta' Marzu 2002

li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2002 ta' l-1 ta' Frar 2002 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2001/25/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KEE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar il-livell minimu tat-tariġ tal-baħħara [3], li hija inkorporata fil-Ftehim u għalhekk trid titħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56i (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

"56j 32001 L 0025: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara (ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17)."

Artikolu 2

It-test tal-punt 54a (id-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE) ta' l-Anness XIII għandu jiġi mħassar.

Artikolu 3

Għandu jkun awtentiku t-test tad-Direttiv 2001/25/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jrid jiġi ppubblikat fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment gżaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 88, ta' l-4.4.2002, p. 12.

[2] ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17.

[3] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 28.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------