22002D0003



Official Journal L 088 , 04/04/2002 P. 0005 - 0006


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 3/2002

ta' l-1 ta' Frar 2002

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/447/KE tat-13 ta' Ġunju 2000 dwar il-proċedura għall-affermazzjoni tal-konformità ta' prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar pannelli għall-ġarr pre-fabbrikati b'bażi ta' injam b'kisja biex issaħħaħ u pannelli ħfief li jsostnu lilhom infushom b'struttura mħallta [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/553/KE tas-6 ta' Settembru 2000 li timplimenta id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prestazzjoni ta' koperturi tas-soqfa f'każ ta' nar estern [3] għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/605/KE tas-26 ta' Settembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni Numru 96/603/KE li tistabbilixxi l-lista ta' prodotti li jappartjeni għall-Klassijiet A "L-ebda kontiruzzjoni għan-nar" previst fid-Deċiżjoni Numru 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-kostruzzjoni [4] għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/606/KE tas-26 ta' Settembru 2000 dwar il-proċedura għall-affermazzjoni tal-konformità ta' prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KE fir-rigward ta' sitt prodotti għall-Approvazzjoni Teknika Ewropea mingħajr Linja Gwida [5] għandu jiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt numru 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE) tal-Kapitolu XXI ta' l-Anness tal-Ftehim:

"- 32000 D 0447: 2000/447/KE tat-13 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 40),

- 32000 D 0553: 2000/553/KE tas-6 ta' Settembru 2000 (ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 19),

- 32000 D 0605: 2000/605/KE tas-26 ta' Settembru 2000 (ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 36),

- 32000 D 0606: 2000/606/KE tas-26 ta' Settembru 2000 (ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 38)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/447/KE, 2000/553/KE, 2000/605/KE u 2000/606/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2001, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 34.

[2] ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 40.

[3] ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 19.

[4] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 36.

[5] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 38.

[6] L-ebda ħtiġijiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------