22002A1228(02)



Official Journal L 351 , 28/12/2002 P. 0080 - 0089


Protokoll

jiddikjara, għall-perjodu ta' bejn 1 ta' Ġunju 2002 u l-31 ta' Mejju 2005, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja kif previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Sāo Tomé u Príncipe dwar is-sajd li jsir 'il barra mix-xatt ta' Sāo Tomé u Príncipe

Artikolu 1

Mill-1 ta' Ġunju 2002 sa perjodu ta' 3 smin, is-sajd għandu jsir kif ġej; skond Artikolu z ta' dan il-ftehim:

—dgħajjes tas-sajd bit-tartarun bi friżer għat-tonn: | 36 bastiment |

—bastiment bl-arblu u l-lenza tas-sajd għat-tonn: | 2 bastimenti |

— lixki tat-troll: | 25 bastiment |

Għall-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ, għandha ssir disposizzjoni għall-perjodu ta' tnax-il xahar għall-sajd sperimentali li għandha tibda mid-data provviżorja ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll (l-1 ta' Ġunju 2002 – il-31 ta' Mejju 2003). Matul dan il-perjodu ta' tnax-il xahar, tliet bastimenti taħt 250 GRT jistgħu jistadu fl-istess ħin fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Artikolu 2

Il-kontritbut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandu jkun ta':

925000 EUR fl-ewwel sena, li jinkludi 555000 EUR bħala kumpens finanzjarju u 370000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll. Il-Komunità għandha tipprovdi finanzi ta' 50000 EUR, fl-ewwel sena, għall-studju ta' valutazzjoni għall-granċ ta' qiegħ il-baħar;

637500 EUR fit-tieni sena, li jinkludu 382500 EUR bħala kumpens finanzjarju u 255000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll;

637500 EUR fit-tielet sena, li jinkludu 382500 EUR bħala kumpens finanzjarju u 255000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll.

Għas-sajd tat-tonn il-kontibut finanzjarju għandu jkopri qabda annwali ta' 8500 tunnellata kull sena fl-ilmijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe. Jekk it-tonn maqbud kull sena mill-bastimenti tal-komunità fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Sāo Tomé u Príncipe jaqbeż dan il-piż, l-ammont msejjaħ hawn fuq għandu jiżdied proporzjonatament bir-rata ta' 75 EUR għal kull tunnellata miżjuda.

Il-kumpens finanzjarju ta' kull sena għandu jitħallas mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, u mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2003 u 2004. L-użu tiegħu għandu jkun responsabli waħdu l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' Sāo Tomé u Príncipe. Għandu jitħallas lit-Teżor Pubbliku ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Artikolu 3

Iż-żewġ partijiet, li jiltaqgħu fl-istruttura tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim, għandu jikkonsulta fuq il-bażi tar-riżultati tas-sajd sperimentali msemmi hawn fuq u fid-dawl ta' l-aħjar parir xjentifiku disponibbli jinkludi, meta approprjat, livelli sostenibbli ta' opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ u l-kontribut finanzjarju applikabbli mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena.

Artikolu 4

1. Il-miżuri mniżżlin hawn taħt għandhom jiġu ffinanzjati mill-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ewwel sena, li tammonta sa 370000 EUR kull sena, imqassmin kif ġej:

(a) li jiffinanzjaw programmi xjentifiċi u tekniċi biex jippromovu ftehim aħjar tas-sajd u riżorsi ħajjin fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe: EUR 50000,

(b) li jressqu sorveljanza, spezzjoni u kontroll fiż-żoni tas-sajd: 50000 EUR,

(ċ) għajnuna istituzzjonali lid-dipartiment amministrattiv responsabbli għas-sajd: 50000 EUR,

(d) għotjiet ta' studju u korsijiet ta' taħriġ prattiku f'oqsma varji xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi marbuta mas-sajd: 40000 EUR,

(e) il-kontribuzzjonijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe mogħtija lill-organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali u l-ispejjeż tad-delegati ta'Sāo Tomé u Príncipe li jippartiċipaw f'laqgħat internazzjonali li jikkonċernaw is-sajd: EUR 35000,

(f) għajnuna għas-sajd fuq skala żgħira: 145000 EUR.

2. Il-miżuri msemmija hawn taħt għandhom jiġu ffinanzjati mill-kontribuzzjoni finanzjarja għat-tieni u t-tielet sena, li tammonta għal 255000 EUR kull sena, imqassmin kif ġej:

(a) li jiffinanzjaw programmi xjentifiċi u tekniċi biex jippromovu fehim aħjar tas-sajd u riżorsi ħajjin fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe: 40000 EUR,

(b) li jżidu sorveljanza, spezzjoni u kontroll fiż-żoni tas-sajd: 40000 EUR,

(ċ) għajnuna istituzzjonali lid-dipartiment amministrattiv responsabbli għas-sajd: 40000 EUR,

(d) għotjiet ta' studju u korsijiet ta' taħriġ prattiku f'oqsma xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi marbuta mas-sajd: 30000 EUR,

(e) il-kontribuzzjonijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe għall-organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali u l-ispejjeż tad-delegati ta' Sāo Tomé u Príncipe li jipparteċipaw f'laqgħat internazzjonali li jikkonċernaw is-sajd: 35000 EUR,

(f) għajnuna għal sajd fuq skala żgħira: 70000 EUR.

Il-miżuri u l-ammonti ta' kull sena allokati għalihom għandu ikun deċiż li jagħżel il-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe, li għandu jinforma l-Kummissjoni ta' dan.

L-ammonti ta' kull sena, bl-eċċezzjoni ta' dawk msemmija f'(d) u (e), għandhom jiġu mħallsa f'kont nominat mill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u għandhom jiġu wżati skond il-protokoll li jrid jiġi negozjat mat-Teżor Pubbliku mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, 31 ta' Mejju 2003 u 31 ta' Mejju 2004 skond l-iskeda ta' l-użu tagħhom ta' kull sena. L-ammonti msemmija f'(d) u (e) għandhom jiġu mħallsa hekk kif jiġu wżati.

Il-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe għandu jgħaddi rapport dettaljat ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u r-riżultati miksuba lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe, mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-data ta' l-anniversarju tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li titlob informazzjoni żejda fuq dawn ir-riżultati mill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe fil-qafas ta' laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-ftehim, biex jirrevedi l-pagamenti kkonċernati fid-dawl ta' l-implimentazzjoni attwali tal-miżuri.

Artikolu 5

Jekk il-Komunità tonqos milli tħallas il-pagamenti kif previst fl-Artikolu 2 u 4, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża.

Artikolu 6

Laqgħa konġunta xjentifika għandha ssir ta' kull sena biex tevalwa perjodikament fil-Kumitat Konġunt l-istat tar-riżorsi tal-granċ. Ibbażati fuq is-sejbiet, l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll u l-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu emendati wara l-ftehim bejn iż-żewġ partijiet li jiltaqgħu fil-qafas tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 7

Jekk issir bidla fundamentali f'xi ċirkostanzi fejn ma jkunx tħalla sajd isir fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Sāo Tomé u Príncipe, il-Komunità Ewropea tista' tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja wara konsultazzjoni li tkun saret qabel, jekk hu possibli, bejn iż-żewġ partijiet fil-Kumitat Konġunt.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha terġa' tibda titħallas ladarba s-sitwazzjoni terġa' lura għan-normal u wara li tkun saret konsultazzjoni bejn iż-żewġ partiti fil-Kumitat Konġunt fejn jikkonfermaw li s-sitwazzjoni x'aktarx tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jerġgħu lura għan-normal.

Artikolu 8

L-Anness ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' Sāo Tomé u Príncipe dwar is-sajd 'l barra mill-kosta ta' Sāo Tomé u Príncipe huwa hawnhekk mħassar u mibdul bl-Anness ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' meta jiġi ffirmat.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Ġunju 2002.

--------------------------------------------------

ANNESS

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IS-SAJD BIL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-KOMMUNITÀ FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' SĀO TOMÉ U PRÍNCIPE

1. APPLIKAZZJONI U ĦRUĠ TA' LIĊENZI

Il-proċedura ta' l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzi msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandha tkun kif ġej.

L-awtoritajiet relevanti tal-Komunità għandhom jippreżentaw lill-Ministeru responsabbli tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe, applikazzjoni ta' kull bastiment tas-sajd li jixtieq jistad taħt dan il-Ftehim, mill-inqas 20 ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' validitá mitlub.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq formoli provduti għal dik ir-raġuni mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' Sāo Tomé u Príncipe, kampjun ta' dawn il-formoli huma annessi ma' dan (Appendiċi 1).

Il-liċenzi għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe wara 20 ġurnata li tkun tressqet l-applikazzjoni lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe.

Il-liċenzi għandhom jinħarġu għall-bastimenti tas-sajd speċifiċi u ma għandhomx jiġu trasferibli. Madankollu, bit-talba tal-Kummissjoni, liċenza tal-bastiment tista', u fejn il-forza maġġuri hija ppruvata, tiġi sostwita b'liċenza ġdida għal bastiment tas-sajd ieħor li l-karatteristiċi tiegħu jixbhu lil dawk ta' l-ewwel bastiment. Is-sid ta' l-ewwel bastiment tas-sajd għandu jagħti lura l-liċenza kkanċellata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Il-liċenza l-ġdida għandha tindika:

- id-data tal-ħruġ,

- il-fatt li tissostitwixxi l-liċenza tal-bastiment tas-sajd ta' qabel għall-perjodu ta' validità li jifdal.

F'dan il-każ, ma jkunx dovut pagament wieħed ġdid kif stabbiliti fil-punti 2 u 4.

Il-liċenza għandha tinżamm abbord il-ħin kollu; madankollu, hekk kif tasal in-notifikazzjoni tal-pagament ta' l-avanz mibgħut lill-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe permezz tal-Kummissjoni, il-bastiment tas-sajd għandu jitniżżel fuq lista ta' bastimenti li għandhom il-permess li jistadu, din għandha tintbagħat lill-awtoritajiet responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe għal spezzjoni tas-sajd. Kopja tal-liċenza msemmija tista' tinkiseb bil-fax sakemm tasal il-liċenza nnifisha; dik il-kopja għandha tinżamm abbord.

2. DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-DGĦAJJES TAS-SAJD BIT-TARTARUN TAT-TONN, BASTIMENTI BL-ARBLU U L-LENZA TAT-TONN U LIXKI TAT-TROLL

Il-liċenzi għandhom ikunu validi għal sena. Għandu jkollhom il-possibilità li jiġġeddu.

Il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom ikunu ffissati għal 25 EUR għal kull tunnellata li tinqabad fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Sāo Tomé u Príncipe għandhom jikkomunikaw ir-regoli dettaljati għall-pagament tal-ħlasijiet, partikolarment il-kontijiet tal-bank u l-muniti li għandhom jintużaw.

Il-liċenzi għandhom jinħarġu wara li jsir il-pagament fil-kont nominat mill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u għandu jintuża skond il-protokoll negozjat mat-Teżor Pubbliku f'pagament ta' darba ta' 3750 EUR kull sena għal kull dgħajsa tas-sajd bit-tartarun tat-tonn,625 EUR kull sena għal kull bastiment bl-arblu u l-lenza tat-tonn, 1375 EUR kull sena għal kull lixka tat-troll, ekwivalenti għall-ħlasijiet għal:

- 150 t tonn maqbuda kull sena fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd bit-tartarun tat-tonn,

- 25 t tonn maqbuda kull sena fil-każ ta' bastimenti bl-arblu u l-lenza tat-tonn,

- 55 t tonn maqbuda kull sena fil-każ tal-lixki tat-troll.

3. PROSPETT TAL-QABDA U PROSPETT TAL-ĦLASIJIET DOVUTI MIS-SIDIEN TAD-DGĦAJJES TAS-SAJD BIT-TARTARUN TAT-TONN, TAL-BASTIMENTI BL-ARBLU U L-LENZA TAT-TONN U TAL-LIXKI TAT-TROLL

Għandu jinżamm ġurnal tas-sajd abbord il-bastimenti skond il-mudell ICCAT fl-appendiċi 2 għal kull perjodu tas-sajd li jsir fl-ilmijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe. Għandu jimtela anke jekk ma jinqabad xejn.

Il-kliem "Barra iż-ŻEE ta' Sāo Tomé u Príncipe" għandu jidher fil-ġurnal imsemmi hawn fuq dwar il-perjodi li fihom il-bastimenti msemmija mhumiex fl-ilmijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Il-formoli, li jridu jkunu leġibli u ffirmati mill-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jintbagħtu fi żmien 45 ġurnata qabel it-tmiem ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Sāo Tomé u Príncipe lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe, u malajr kemm jista' jkun, għall-ipproċessar, lill-Institut de Recherche pour le Développement (IRD), lill-Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew lill-Instituto Português de Investigação Marítima (IPIMAR).

Jekk dawn id-disposizzjonijiet ma jkunux mħarsa, il-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenza tal-bastiment offensiv sakemm dawn il-formalitajiet isiru u japplika għall-penali previsti taħt il-liġi nazzjonali. F'dawn il-każijiet, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe għandha tkun infurmata mingħajr dewmien.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Lulju kull sena kemm-il tunnellata qabdu matul is-sena li tkun għaddiet, kif konfermat mill-istituti xjentifiċi. Fuq il-bażi ta' dawn il-figuri il-Kummissjoni tfassal prospett tal-ħlasijiet dovuti dwar is-sena tas-sajd, li mbagħad għandu jintbagħat lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jirċievu notifikazzjoni tal-prospett imfassal mill-Kummissjoni l-iktar tard sat-30 ta' Settembru, u għandu jkollhom 30 ġurnata ċans li fihom għandhom jissodisfaw l-obbligi finanzjarji. Dan il-pagament għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti f'kont nominat mill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u għandu jintuża f'termini ta' protokoll negozjat mat-Teżor Pubbliku. F'każijiet fejn l-ammont li jrid jitħallas dwar l-operat attwali tas-sajd hu inqas mill-obbligu bil-quddiem, is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux jieħdu lura d-differenza.

4. DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-QIEGĦ LI JIMMIRAW GĦALL-GRANĊ

(a) Il-liċenzi maħruġa lill-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ għandhom ikunu validi għal tliet xhur. Għandhom il-possibiltà li jiġġeddu

(b) Il-ħlas dovut kull tliet xhur_għandu jkun ta' 42 EUR kull GRT kull bastiment.

5. PROSPETT TAL-QABDA TAS-SIDIEN TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-QIEGĦ LI JIMMIRAW GĦALL-GRANĊ

Il-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ li għandhom permess jistadu fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Sāo Tomé u Príncipe taħt il-Ftehim għandhom jinnotifikaw l-istatistiċi tagħhom tal-qabda lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe billi jużaw il-formola mogħtija fl-appendiċi 3. Dawn il-prospetti għandhom ikunu kull xahar u għandhom jiġu kkomunikati almenu darba kull tliet xhur.

6. SPEZZJONI U IĊĊEKKJAR

Il-bastimenti tal-komunità li jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbarkar u t-twettiq tal-kompiti ta' l-uffiċjali responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe għall-ispezzjoni u l-iċċekkjar ta' l-attivitajiet tas-sajd. Dawn l-uffiċjali ma għandhomx jibqgħu abbord iktar milli hemm bżonn biex jivverifikaw qbid bil-kampjuni u jagħmlu spezzjonijiet oħra relatati ma' l-attivitajiet tas-sajd.

7. OSSERVATURI

Għat-talba ta' l-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe, dgħajjes tas-sajd bit-tartarun tat-tonn u lixki tat-troll għandhom jieħdu osservatur abbord u għandu jiġi ttratat bħala uffiċjal. Il-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ għandhom sistematikament jieħdu osservatur abbord. Dak l-osservatur għandu jiġi ttratat bħala uffiċjal. Il-ħin mgħoddi abbord mill-osservatur għandu jkun stipulat mill-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe iżda, bħala regola ġenerali, ma għandux jieħu ħin iktar milli hemm bżonn biex jagħmel id-doveri tiegħu. Ladarba jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

- josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti,

- jivverifikaw il-posizzjoni tal-bastimenti imqabbda biex jaħdmu fl-operat tas-sajd,

- jagħmlu kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta' programmi xjentifiċi,

- jinnotaw il-gear tas-sajd użat,

- jivverifikaw id-data tal-qabda għaż-żona ta' Sāo Tomé u Príncipe reġistrata fil-ġurnal t'abbord.

Sakemm ikunu abbord, l-osservaturi għandhom:

- jieħdu l-passi kollha xierqa biex jassiguraw li l-kondizzjonijiet li fihom ikunu meħudin abbord u l-preżenza tagħhom abbord ma jinterrompux jew ifixklu l-attivitajiet tas-sajd,

- jirrispettaw il-materjal u t-tagħmir abbord u l-konfidenzalità tad-dokumenti kollha li jappartjenu għall-bastiment imsemmi,

- jiktbu rapport ta' attività biex ikun trasmess lill-awtoritajiet kompetenti ta' Sāo Tomé u Príncipe u jkun ikkuppjat lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli ta' Sāo Tomé u Príncipe. Għall-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ, dan ir-rapport għandu jinkludi prospett għal dan iż-żmien tal-qabdiet li jsiru fiż-żona ekonomika esklussiva u għandu jitniżżel fil-ġurnal t'abbord. Dan il-prospett ta' dan iż-żmien għandu jingħata qabel ma l-liċenza tinħareġ għall-perjodu li ġej.

Il-kondizzjonijiet li fihom l-osservaturi jkunu meħudin abbord, li ma għandhomx jinterrompu jew ifixklu l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu miftehma bejn is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe.

Is-sid tal-bastiment permezz ta' l-aġent tiegħu, għandu, jagħmel pagament ta' EUR 10 lill-Gvern ta' Sāo Tomé u Príncipe għal kull ġurnata li l-osservatur jgħaddi abbord dgħajsa tas-sajd tat-tartarun tat-tonn, lixka tat-troll jew bastiment tas-sajd tal-qiegħ li jimmira għall-granċ bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' l-osservaturi abbord.

Jekk is-sid tal-bastiment ma jistax jieħu l-osservatur abbord u jniżżlu ġewwa port ta' Sāo Tomé u Príncipe kif miftiehem bi qbil komuni ma' l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż, is-sid tal-bastiment għandu jeħel l-ispejjeż biex jieħu l-osservatur abbord u jniżżlu fuq ix-xatt.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa wara l-ħin miftiehem, is-sid tal-bastiment għandu awtomatikament jinħall mill-obligazzjoni tiegħu biex jieħu l-osservatur abbord.

Il-kontribuzzjoni soċjali u salarji ta' l-osservaturi għandhom jinġiebu mill-awtoritajiet kompetenti ta' Sāo Tomé u Príncipe.

8. ŻONI TA' SAJD

Il-bastimenti tas-sajd tat-tonn u l-lixki tat-troll mniżżla fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati biex jinqabdu jaħdmu fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet 12-il mil nawtiku 'l barra mill-kosta ta' kull gżira.

Il-bastimenti tas-sajd tal-qiegħ li jimmiraw għall-granċ mniżżla fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll għandu jkunu awtorizzati biex jinqabdu jaħdmu fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet minn 650 isobat.

Mingħajr eċċezzjoni, l-attivita' tas-sajd kollha fiż-żona destinata għall-sfruttament konġunt minn Sāo Tomé u Príncipe u n-Niġerja, bil-limiti dikjarati mill-ko-ordinaturi fl-appendiċi 4, għandha tkun projbita.

9. DĦUL U ĦRUĠ MIŻ-ŻONA

Il-bastimenti tas-sajd għandhom jinnotifikaw l-istazzjoni tar-radju tal-kosta u lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe dwar l-intenzjoni tagħhom biex jidħlu jew joħorġu fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe mill-inqas 24 siegħa qabel (bit-telefon + 239-12-22091, fax + 239-12-22828, jew e-mail dpescas1@cstome.net).

Meta jinnotifikaw it-tluq tagħhom, il-bastimenti tas-sajd kollha għandhom jinnotifikaw ukoll il-qabdiet estimi meħudin tul iż-żmien li kienu fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe. Din l-informazzjoni għandha jekk jista' jkun tkun ikkomunikata bil-fax jew, għall-bastimenti tas-sajd li mhumiex mgħammra bil-fax, bir-radju.

Bastiment tas-sajd li jinqabad jistad mingħajr ma jkun informa lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe għandu jitqies bħala bastiment mingħajr liċenza.

Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu nfurmati wkoll bil-fax jew bin-numri tat-telefon u bl-indirizz elettroniku meta l-liċenza tas-sajd tkun ħarġet.

Il-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u s-sidien tal-bastimenti għandhom iżommu kopja tal-komunikazzjonijiet bil-fax jew jirrekordjaw il-komunikazzjonijiet bir-radju sakemm iż-żewġ naħat jaqblu fil-prospett finali tal-ħlasijiet dovuti msejħa fil-punt 3.

10. QABDIET SEKONDARJI

Id-dgħajjes tas-sajd bit-tartarun tat-tonn għandhom jagħmlu l-qabdiet disponibbli lid-Direttorat tas-Sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe, li jrid jieħu ħsieb jirkuprahom u jiżbarkahom.

11. INGAĠĠAR TA' BAĦRIN

Għat-talba ta' l-awtoritajiet ta' Sāo Tomé u Príncipe, il-flotta tad-dgħajjes tas-sajd bit-tartarun tat-tonn għandhom jieħdu abbord sitt baħrin minn Sāo Tomé u Príncipe għal tul l-istaġun tas-sajd. L-ebda bastiment tas-sajd ma jista' jieħu iktar minn baħri wieħed.

Il-kondizzjonijiet ta' l-impieg u l-ħlasijiet għandhom ikunu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti u r-rappreżentanti tal-baħrin.

Jekk il-flotta tad-dgħajjes tas-sajd bit-tartarun tat-tonn ma tiħux sitt baħrin abbord, is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu obbligati li jħallsu kumpens għall-baħrin li ma jkunux ittieħdu abbord, il-livell ta' dan għandu jkunu stabbilit bejn iż-żewġ partijiet u għandu jikkorrispondi għat-tul ta' l-istaġun tas-sajd.

Dik is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin/sajjieda f'Sāo Tomé u Príncipe u għandha titħallas f'kont speċifikat mill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe

12. STANDARDS

L-i standards internazzjonali dwar is-sajd tat-tonn kif rrakomandati minn ICCAT għandhom jgħoddu.

13. UŻU TA' SERVIZZI

Il-bastimenti tal-komunità għandhom, fejn ikun possibli, jiksbu l-provvisti u s-servizzi li jkollhom bżonn mill-portijiet ta' Sāo Tomé u Príncipe.

14. PROĊEDURI FIL-KAŻ TA' L-IMBARKAR

(a) It-trasmissjoni ta' l-informazzjoni

Il-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe għandu jinforma lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe u l-Istat ta' fejn hu reġistrat, fi żmien 48 siegħa, dwar l-imbarkar ta' kull bastiment tas-sajd tal-Komunità li jistad taħt il-ftehim tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe u għandu jgħaddi rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li waslu għall-imbarkar. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe u l-kapijiet ta' l-Istat għandhom ikunu nfurmati bil-bidu ta' xi proċeduri u bil-pieni nfurzati.

(b) Il-Ftehim ta' l-imbarkar

Skond il-liġi tas-sajd u r-regolamenti relevanti, il-ksur tagħhom ikun issetiljat:

- jew barra mill-qorti, li f'dan il-każ l-ammont tal-multa għandu jkun determinat skond il-leġislazzjoni ta' Sāo Tomé u Príncipe u għandhom jitniżżlu l-inqas u l-iktar figuri,

- jew bi proċeduri ġudizzjarji, jekk il-ftehim barra mill-qorti ma kienx possibli, skond il-liġi ta' Sāo Tomé u Príncipe.

(ċ) Il-bastimenti għandu jkun illiberat u l-ekwipaġġ għandu jkun awtorizzat li jħalli l-port:

- jew hekk kif l-obbligazzjonijiet imposti mill-proċedura ta' barra l-qorti tkun kompluta meta tkun preżentata l-irċevuta tal-ftehim, jew

- fuq il-preżentazzjoni tal-provi li ġiet depożitata s-sigurta' tal-bank, sakemm jitlestew il-proċeduri ġudizzjarji.

15. PROĊEDURI FIL-KAŻ TA' PENALITAJIET

Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal Sāo Tomé u Príncipe għandha tkun infurmata dwar kull applikazzjoni ta' pieni li jinvolvu bastiment tas-sajd li jtella' l-bandiera ta' l-Istat Membru tal-Komunità' li jistad skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Sāo Tomé u Príncipe u għandha tirċievi rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li waslu għall-penalitajiet.

--------------------------------------------------