22001D0149



Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0020 - 0021


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 149/2001

tal-11 ta' Diċembru 2001

temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u sanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/45/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 tfassal ir-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta' l-azjendi tal-ħnieżer fid-databases nazzjonali, hekk kif kienu prevvisti mid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE: [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Għat-tielet darba, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/694/KE tas-27 ta' Ottubru 2000 temenda id-Deċiżjonijiet 1999/466/KE u 1999/467/KE li rispettivament jistabbilixxu l-ħelsien uffiċjali tal-bruċellosi u l-istatus ta' ħelsien mit-tuberkulosi tal-merħliet bovini ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' l-Istati Membri [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 45 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/467/KE) u 46 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE):

"- 32000 D 0694: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/694/KE tas-27 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 41)."

2. Il-punt li ġej għandu jjiddaħħal wara punt 56 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/504/KE):

"57. 32000 D 0678: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/678/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 tniżżel ir-regoli dettaljati għar-registrazzjoni ta' l-azjendi tal-ħnieżer fid-databases nazzjonali, hekk kif kienu prevvisti mid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 281, tas-7.11.2000, p. 16)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/678/KE u 2000/694/KE bil-lingwa tan-Norveġja, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu magħmula għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

B. Grydeland

[1] ĠU L 22, ta' l-24.1.2002, p. 15.

[2] ĠU L 281, tas-7.11.2000, p. 16.

[3] ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 41.

[4] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma kienu indikati.

--------------------------------------------------