22001D0132



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0018 - 0019


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 132/2001

tad-9 ta' Novembru 2001

temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u sanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/KE tas-6 ta' Lulju 2000 li tistabbilixxi l-metodi ta' l-analiżi għad-determinazzjoni tal-vitamina A, tal-vitamina E u tat-triptofan fit-tipi ta' l-ikel [2] iridu jkunu inkorporati fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2000/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2000 jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE li tfassal il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjonijiet uffiċjali fl-oqsma tan-nutrimenti ta' l-annimali [3] li għandhom ikunu inkorporati fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jitniżżel wara l-punt 31g (id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/76/KE) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I tal-Ftehim:

"31h. 32000 L 0045: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/KE tas-6 ta' Lulju 2000 tistabbilixxi l-metodi ta' l-analiżi tal-Komunità għad-determinazzjoni tal-vitamina A, tal-vitamina E u tat-triptofan fit-tipi ta' l-ikel (ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 32)."

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 31a (id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I fil-Ftehim:

"- 32000 L 0077: Id-Direttiva 2000/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 81)."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/KE u tad-Direttiva 2000/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norweġja, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2001, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu magħmula għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 8.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 32.

[3] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 81.

[4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma kienu indikati.

--------------------------------------------------