22001D0128



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0009 - 0010


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 128/2001

tat-23 Novembru 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/302/KE tas-7 ta' April 2000 li temenda d-Deċiżjoni 95/124/KE li tistabbilixxi l-lista tal-farms approvati tal-ħut fil-Ġermanja [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/310/KE tas-7 ta' April 2000 li tapprova programm li jirrigwarda n-nekrożi ematopejka infezzjuża u s-settiċemja emorraġika virali ssottomess mill-Italja għall-farms tal-ħut fil-provinċja ta' Udine [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/311/KE tas-7 ta' April 2000 li temenda d-Deċiżjoni 98/361/KE li tistabbilixxi l-lista taż-żoni appovati, rigward in-nekrożi ematopejka infezzjuża u s-settiċemja emorraġika virali fi Spanja [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/312/KE tas-7 ta' April 2000 li tapprova programm li jirrigwarda n-nekrożi ematopejka infezzjuża u s-settriċemja emorraġika virali ssottomess mill-Ġermnja [5] trid tiġi injorporata fil-Ftehim.

(6) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi mendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/124KE):

"- 32000 D 0302: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/302/KE tas-7 ta' April 2000 (ĠU L 100, tal-20.4.2000, p. 51)."

2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/361/KE):

"- 32000 D 0311: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/311/KE tas-7 ta' April 2000 (ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 77)."

3. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 47 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/174/KE) taħt l-intestatura

"ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ"

:

"48. 32000 D 0310: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/310/KE tas-7 ta' April 2000 li tapprova programm li jirrigwarda n-nekrożi ematopejka infezzjuża u s-settriċemja emorraġika virali ssottomess mill-Italja għall-farms tal-ħut fil-provinċja ta' Udine (ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 75).

Dan il-att japplika wkoll għall-Islanda.

49. 32000 D 0312: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/312/KE tas-7 ta' April 2000 li tapprova programm li jirrigwarda n-nekrożi ematopejka infezzjuża u s-settriċemja emorraġika virali ssottomess mill-Ġermnja (ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 80).

Dan il-att japplika wkoll għall-Islanda."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummisjoni 2000/302/KE, 2000/311/KE u 2000/312/KE fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ta-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6.

[2] ĠU L 100, tal-20.4.2000, p. 51.

[3] ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 75.

[4] ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 77.

[5] ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 80.

[6] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------