22001D0127



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0007 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 127/2001

tat-23 Novembru 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/571/KE tat-28 ta' Lulju 1999 li tagħraf il-karattru operattiv għal kollox tad-database għall bhejjem tal-fart [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/762/KE tal-15 ta' Novembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 91/666/KEE li tistabbilixxi r-riservi Komunitarji tat-tilqim kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/881/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/534/KE dwar il-projbizzjoni ta' l-użu tal-materjal li jippreżenta riskji rigward l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/879/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofija ta' l-ifrat (BST) u li tħassar id-Deċiżjoni 90/218/KEE [5] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 11 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/62/KE) fil-Parti 1.2 taħt l-intestatura "ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ" tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim':

"12. 399 D 0571: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/571/KE tat-28 ta' Lulju 1999 li tagħraf il-karattru operattiv għal kollox tad-database għall-bhejjem tal-fart (ĠU L 217, tas-17.8.1999, p. 62)."

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/534/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim:

"- 399 D 0881: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/881/KE ta' l-14 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 78)."

Artikolu 3

Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 7 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KE) fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim:

"kif emendata bi:

- 399 D 0762: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/762/KE tal-15 ta' Novembru 2000 (ĠU L 301, ta' l-24.11.1999, p. 6)."

Artikolu 4

It-test tal-punt 7 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/218/KE) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"399 D 0879: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/879/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofija ta' l-ifrat (BST) u li tħassar id-Deċiżjoni 90/218/KEE (ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 71)."

Artikolu 5

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/571/KE u tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/762/KE, 1999/879/KE u 1999/881/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-Żona EE [6].

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ta--ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6.

[2] ĠU L 217, tas-17.8.1999, p. 62.

[3] ĠU L 301, ta' l-24.11.1999, p. 6.

[4] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 78.

[5] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 71.

[6] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------