22001D0125



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0003 - 0004


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 125/2001

tat-23 Novembru 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/280/KE tat-30 ta' Marzu 2000 li temenda d-Deċiżjonijiet 93/2/KEE u 93/244/KEE u li tirrigwarda garanziji addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-marda ta' Aujeszky għall-ħnieżer iddestinati lejn ir-reġjuni ħielsa mill-marda fi Franza u l-Ġermanja [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/330/KE tat-18 ta' April 2000 li tapprova t-testijiet sabiex jinkixfu l-antikorpi kontra l-bruċellożi bovina ġewwa l-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/442/KE tal-11 ta' Lulju 2000 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjonijiet 1999/466/KE u 1999/467/KE li jistabbilixu rispettivament l-istatus ta' ħielsa mill-bruċellożi u ħielsa mit-tuberkulożi tal-merħliet ta' l-ifrat ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' l-Istati Membri [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/15/KE tal-10 ta' April 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-ifrat u l-ħnieżer [5] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/20/KE tal-16 ta' Mejju 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-ifrat u l-ħnieżer [6] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Partijiet 4.1 u 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:

1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/156KEE) fil-Parti 4.1:

"- 32000 L 0015: id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/15/KE tal-10 ta' April 2000 (ĠU L 105, tat-3.5.2000, p. 34).

- 32000 L 0020: id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/20/KE tas-16 ta' Mejju 2000 (ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 35)."

2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 9 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/24/KEE) u 19 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/244/KEE) fil-Parti 4.2:

"- 32000 D 0280: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/280/KE tat-30 ta' Marzu 2000 (ĠU L 92, tat-13.4.2000, p. 24)."

3. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/467/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE) fil-Parti 4.2:

"- 32000 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/442/KE tal-11 ta' Lulju 2000 (ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 51)."

4. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 54 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/258/KE) fil-Parti 4.2:

"55. 32000 D 0330: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/330/KE tat-18 ta' April 2000 li tapprova t-testijiet sabiex jinkixfu l-antikorpi kontra l-bruċellożi bovina ġewwa l-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 37)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/280/KE, 2000/330/KE, 2000/442/KE u tat-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/15/KE u 2000/20/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6.

[2] ĠU L 92, tat-13.4.2000, p. 24.

[3] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 37.

[4] ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 51.

[5] ĠU L 105, tat-3.5.2000, p. 34.

[6] ĠU L 163, ta'l-4.7.2000, p. 35.

[7] Ma kienu indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------