22001D0120



Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0036 - 0036


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 120/2001

tat-28 ta' Settembru 2001

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol. u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tirrigwarda l-Ftehim Ewropew dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (il-AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (il-EFT), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Cockpits (il-ECA), l-Asoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (il-IERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportaturi bl-Ajru (il-IACA) [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 32b (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE) fl-Anness XVIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"32ċ. 32000 L 0079: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tirrigwarda l-Ftehim Ewropew dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (il-AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (il-EFT), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Cockpits (il-ECA), l-Asoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (il-ETA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportaturi bl-Ajru (il-IACA) (ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p. 57)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2000/79/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 29.

[2] ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p. 57.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------