Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0029 - 0031
ID-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness VI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2001 tas-17 ta' Jannar 2001 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu ġewwa l-Komunità [2] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. (3) Minħabba l-bidliet leġislattivi fl-Islanda huwa meħtieġ li jiġi aġġustat it-test ta' addattament fil-punt 2 ta' l-Anness VI mal-Ftehim sabiex jirrifletti dawn il-bidliet, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) ta' l-Anness VI mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel it-test ta' addattament:: - "— 32001 R 0089: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2001 tas-17 Jannaru 2001 (ĠU L 14, tat-18.1.2001, p. 16)". 2. It-test tat-taqsima "P. ISLANDA" fl-intestatura (b) tat-test ta' adattament għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Il-Mard u l-Maternità (a) Il-mard: It-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík (b) Il-maternità: It-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík 2. L-invalidità, ix-xjuħija, u l-mewt (pensjonijiet): (a) Il-pensjonijiet taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali: It-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík (b) Il-pensjonijiet konċessi taħt l-Att dwar l-Assigurazzjoni Mandatorja tad-Drittijiet għall-Pensjonijiet u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi tal-Pensjonijiet: Il-fond tal-pensjonijiet fejn il-persuna ħallset il-kontribuzzjonijiet. Il-korp tal-kuntatt għall-fondi tal-pensjonijiet huwa t-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík 3. L-inċidenti fuq ix-xogħol u l-korrimenti kkawżati mix-xogħol: (a) Il-benefiċċji in natura u l-pensjonijiet taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík (b) Il-pensjonijiet taħt l-Att dwar l-Assigurazzjoni Mandatorja tad-Drittijiet għall-Pensjonijiet u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi tal-Pensjonijiet: Il-fond tal-pensjonijiet fejn il-persuna ħallset il-kontribuzzjonijiet. Il-korp tal-kuntatt għall-fondi tal-pensjonijiet huwa t-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík 4. Il-qagħad:il-Vinnumálastofnun (id-Direttorat tax-Xogħol), Reykjavík 5. Il-benefiċċji tal-familja: (a) il-benefiċċji tal-familja għajr il-benefiċċji tat-tfal: It-Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut ta' l-Istat tas-Sigurtà Soċjali), Reykjavík (b) Il-benefiċċji tat-tfal u l-benefiċċji supplimentarji tat-tfal: ir-Ríkisskattstjóri (Id-Direttorat tad-Dħul Intern), Reykjavík". 3. It-test tal-Parti 2 (Benefiċċji tal-qagħad) tat-taqsima "P. ISLANDA" fl-intestatura (ċ) tat-test ta' adattament għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Il-qagħad: il-Vinnumálastofnun (id-Direttorat tax-Xogħol), Reykjavík". 4. It-test tal-Parti 2 (Benefiċċji tal-qagħad) tat-taqsima "P. ISLANDA" fl-intestatura (f) tat-test ta' adattament għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Il-qagħad: il-Vinnumálastofnun (id-Direttorat tax-Xogħol), Reykjavík". 5. It-test ta' l-ewwel paragrafu tal-parti 1 tat-taqsima "P. ISLANDA" fl-intestatura (m) tat-test ta' adattament għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"Għall-għanijiet sabiex jiġu applikati l-Artikoli 13(2)(d), 14(1)(a), 14(2)(b), 14a(1)(a), 14a(2), 14a(4), 14b(1), 14b(2), 14b(4), 14c(a) u 14e tar-Regolament u l-Artikoli 11, 11a, 12a(2)(a), 12a(5)(c), 12a(7)(a) u 12b tar-Regolament ta' implimentazzjoni:" 6. It-test tat-tieni paragrafu tal-parti 4 tat-taqsima "P. ISLANDA" fl-intestatura (m) tat-test ta' adattament għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"il-Vinnumálastofnun (id-Direttorat tax-Xogħol), Reykjavík". Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2001 fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-Żona EE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ta-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt għaż-Żona EE Il-President E. Bull [1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 21. [2] ĠU L 14, tat-18.1.2001, p. 16. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------