Official Journal L 007 , 11/01/2001 P. 0019 - 0020
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2000 tas-27 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2000 tat-2 ta' Awissu 2000 [1]. (2) Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-infurzar ta' dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Komunità [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56g (Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim: "56h. 399 L 0095: Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-infurzar ta' dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Komunità (ĠU L 14, ta' l-20.1.2000, p. 29)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' Ottubru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Ottubru 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President G. S. Gunnarsson [1] ĠU L 250, tal-5.10.2000, p. 52. [2] ĠU L 14, ta' l-20.1.2000, p. 29. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------