22001D0109



Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0018 - 0019


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 109/2001

tat-28 ta' Settembru 2001

li temenda l-Annes II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żona EE Nru 64/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/51/KE tas-26 ta' Lulju 2000 li temenda d-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tas-safa li jirrigwardaw l-oġġetti li jagħtu l-ħlewwa [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/63/KE tal-5 ta' Ottubru 2000 li temenda d-Direttiva 96/77/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tas-safa dwar l-additivi ta' l-ikel għajr il-kuluri u l-oġġetti li jagħtu l-ħlewwa [3], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1565/2000 tat-18 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-adozzjoni ta' programm ta' valutazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2232/96 [4], irid jiġi inkorp orat fil-Ftehim.

(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 99/77/KE tat-2 ta' Diċembru 1996 li tistabbilixxi l-kriterja speċifiċi tas-safa dwar l-additivi [5] ma' l-ikel għajr il-kuluri u l-oġġetti li jagħtru l-ħlewwa [6], ġiet inkorporata qabel bħala att ta' emenda fil-punt 46 tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim u għandha tmur f'punt ġdid,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 46a (id-Direttiva tal-Kunsill 95/31/KE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32000 L 0051: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/51/KE tas-26 ta' Lulju 2000 (ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 41)."

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 54ze (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/49/KE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"54zf. 396 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta' Diċembru 1996 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tas-safa dwar l-additivi ta' l-ikel għajr il-kuluri u l-oġġetti li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1), kif emendata bi:

- 398 L 0086: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/86/KE tal-11 ta' Novembru 1998 (ĠU L 334, tad-9.12.1998, p. 1),

- 32000 L 0063: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/63/KE tal-5 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 277, tat-30.10.2000, p. 1).

54zg. 32000 R 1565: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 tat-18 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi adottat programm tal-valutazzjoni għalbiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 2232/96 (ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 8)."

Artikolu 3

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttivi tal-Kummisjoni 2000/51/K u 2000/63/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [7].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-Żona EE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 8.

[2] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 41.

[3] ĠU L 277, tat-30.10.2000, p. 1.

[4] ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 8.

[5] ĠU L 339, tad-30.12.1996, p. 1.

[6] ĠU L 334, tas-9.12.1998, p. 1.

[7] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------