22001D0103



Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0008 - 0009


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 103/2001

tat-28 ta' Settembru 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 tas-26 ta' Ġunju 2000 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni permanenti ta' additiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additivi ġodda, [2] l-użi ta' additivi ġodda u tħejjijiet ġodda fit-tgħam ta' l-annimali irid jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 tas-6 ta' Settembru 2000 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additiv fit-tgħam [3] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 tas-26 ta' Ġunju 2000 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni permanenti ta' additiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additivi ġodda, l-użi ta' additivi ġodda u tħejjijiet ġodda fit-tgħam ta' l-annimali [4] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2697/2000 tas-6 ta' Settembru 2000 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-additivi fit-tgħam [5] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1o (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2000) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim:

"1p. 32000 R 1353: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 tas-26 ta' Ġunju 2000 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni permanenti ta' additiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additivi ġodda, l-użi ta' additivi ġodda u tħejjijiet ġodda fit-tgħam (ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 15).

1q. 32000 R 1887: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 tas-6 ta' Settembru 2000 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additiv ġdid fit-tgħam (ĠU L 227, tas-7.9.2000, p. 13).

1r. 32000 R 2437: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 tat-3 ta' Novembru 2000 li jirrigwarda l-awtorizazzjoni permanenti ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni temporanja ta' addittivi ġodda fit-tgħam (ĠU L 280, ta' l-43.11.2000, p.28).

ls. 32000 R 2697: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2697/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jirrigwarda l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-additivi fit-tgħam (ĠU L 319, tas-16.12.2000, p. 1)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nri 1353/2000, 1887/2000, 2437/2000 u 2697/2000 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 3.

[2] ĠU L 15, tat-28.6.2000, p. 15.

[3] ĠU L 227, tas-7.9.2002, p. 13.

[4] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, s. 28.

[5] ĠU L 319, tas-16.12.2000, s. 1.

[6] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------