Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0023 - 0023
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1617/93 dwar konsultazzjonijiet dwar tariffi għall-passiġġieri u allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti [2] għandu jiġi nkorprat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 11b (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1617/93) fl-Anness XIV għall-Ftehim: "- 32001 R 1324: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 56)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Lulju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 52, tat-22.2.2001, p. 38. [2] ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 56. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------