Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0043 - 0044
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 [1]. (2) Huwa xieraq illi tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi Programm dwar strateġija kwadra tal-Komunità għall-ugwaljanza tas-sessi (2001-2005) [2]. (3) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 2001, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. it-test tal-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-programmi u fl-azzjonijiet tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 sa mill-1 ta' Jannar 1996, fil-programm li hemm referenza għalih fit-tielet inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2000 u fil-programm li hemm referenza għalih fir-raba' inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2001." 2. l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 8: "- 32001 D 0051: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi Programm ta' strateġija kwadra tal-Komunità dwar l-ugwaljanzi fis-sessi (2001-2005) (ĠU L 17, tal-21.12.1999, p. 22)." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2001. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 141, tal-15.6.2000, p. 67. [2] ĠU L 17, tad-19.1.2001, p. 22. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------