22001D0082



Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0033 - 0033


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 82/2001

tad-19 ta' Ġunju 2001

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000 tas-27 ta' Settembru 2000 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għal statistiċi ta' kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-Punt 9 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2543/1999) ta' l-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"32000 D 2032: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000 tas-27 ta' Settembru 2000 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ bejn Stati Membri (ĠU L 243, tat-28.9.2000, p. 14)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 63.

[2] ĠU L 243, tat-28.9.2000, p. 14.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------