Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0032 - 0032
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/608/KE tas-27 ta' Settembru 2000 dwar in-noti ta' gwida għall-assessjar ta' riskji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu kontenut ta' mikro-organismi modifikati ġenetikament [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 24a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/448/KEE) fl-Anness XX għall-Ftehim: "24b. 32000 D 0608: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/608/KE tas-27 ta' Settembru 2000 dwar in-noti ta' gwida għall-assessjar ta' riskji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu kontenut ta' mikro-organismi modifikati ġenetikament (ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 43)." . Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/608/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 62. [2] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 43. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------