22001D0053



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0071 - 0072


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 53/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2001 tat-23 ta' Frar 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/1999 tas-27 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għal statistiċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 dwar il-format tekniku għat-trażmissjoni ta' statistiċi ta' servizzi ta' l-assigurazzjoni [3] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 dwar serje ta' data li għandha tiġi prodotta għal statistiċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni [4] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1d (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1618/1999) ta' l-Anness XXI għall-Ftehim:

"1e. 399 R 1225: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/1999 tas-27 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistiċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni(ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 1).

1f. 399 R 1227: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 dwar il-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistiċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni (ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 75).

1g. 399 R 1228: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 dwar is-serje ta' data li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni (ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 91)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/1999, 1227/1999 u 1228/1999 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 117, tas-26.4.2001, p. 33.

[2] ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 1.

[3] ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 75.

[4] ĠU L 154, tad-19.6.1999, p. 91.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------