22001D0052



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0069 - 0070


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 52/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 [1].

(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2000/K 56/01 ta' l-14 ta' Frar 2000 dwar il-promozzjoni ta' l-intermodalità u t-trasport tal-markanzija intermodali fl-Unjoni Ewropea [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2000/K 56/02 ta' l-14 ta' Frar 2000 dwar il-promozzjoni ta' tbaħħir qasir bil-baħar [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħlin wara l-punt 91 (Risoluzzjoni tal-Kunsill 1999/K 222/01) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"92. 32000 Y 0229(01): Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2000/K 56/01 ta' l-14 ta' Frar 2000 dwar il-promozzjoni ta' l-intermodalità u t-trasport tal-markanzija intermodali fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 56, tad-29.2.2000, p. 1).

93. 32000 Y 0229(02): Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2000/K 56/02 ta' l-14 ta' Frar 2000 dwar tbaħħir qasir bil-baħar (ĠU C 56, tat-2.4.1996, p. 3)."

Artikolu 2

It-testi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill 2000/K 56/01 u 2000/K 56/02 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 76.

[2] ĠU C 56, tad-29.2.2000, p. 1.

[3] ĠU C 56, tad-29.2.2000, p. 3.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------