22001D0041



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0047 - 0050


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 41/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li jemenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1].

(2) 9 atti dwar materja ta' kontroll, 2 atti dwar miżuri ta' kontroll u dwar notifika ta' mard, 5 atti dwar is-saħħa ta' l-annimali, dwar il-bidla tagħhom u dwar il-bejgħ ta' dawn l-annimali ħajjin fis-suq, u att 1 dwar miżuri relatati ma' ħafna setturi għandhom jiżdiedu mal-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda u għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/580/KE [2], 1999/317/KE [3], 1999/335/KE [4], 1999/375/KE [5], 1999/376/KE [6], 1999/377/KE [7], 1999/465/KE [8], 1999/466/KE [9], 1999/467/KE [10], 1999/520/KE [11], 1999/546/KE [12], 1999/693/KE [13], 1999/696/KE [14], 2000/60/KE [15], 2000/62/KE [16], 2000/69/KE [17] u 2000/113/KE [18] fil-lingwa Norveġiża, li għandhom ikunu ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu oriġinali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [19].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 30 March 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24.

[2] ĠU L 279, tas- 16.10.1998 p. 49.

[3] ĠU L 122, tat-12.5.1999, p. 40.

[4] ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 21.

[5] ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 34.

[6] ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 35.

[7] ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 36.

[8] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 32.

[9] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 34.

[10] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 36.

[11] ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 72.

[12] ĠU L 209, tas-7.8.1999, p. 32.

[13] ĠU L 273, tat-23.10.1999, p. 14.

[14] ĠU L 275, tas-26.10.1999, p. 32.

[15] ĠU L 22, tas-27.1.2000, p. 61.

[16] ĠU L 22, tas-27.1.2000, p. 65.

[17] ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 76.

[18] ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 23.

[19] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2001

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandhom ikunu emendati kif speċifikat taħt.

1. Li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 2 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/589/KE) fil-Parti 1.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

", kif emendat minn:

399 D 0520 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/520/KE tad-9 ta' Lulju 1999 (ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 72)."

2. Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/590/KE) f'Parti 1.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

399 D 0317 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/317/KE tat-28 ta' April 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Finlandiża għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 122, tat-12.5.1999, p. 40).

399 D 0375 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/375/KE tad-19 ta' Mejju 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Lussemburga għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 34).

399 D 0376 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/376/KE tad-19 ta' Mejju 1999 li tagħraf l-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Daniża għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 35).

399 D 0377 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/377/KE tad-19 ta' Mejju 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Belġjana għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 36).

399 D 0546 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/546/KE tat-13 ta' Lulju 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Daniża għall-annimalli ta' l-ifrat (ĠU L 209, tas-7.8.1999, p. 32).

399 D 0693 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/693/KE tal-5 ta' Ottubru 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data Svediża għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 273, tat-23.10.1999, p. 14).

399 D 0696 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/696/KE tal-11 ta' Ottubru 1999 li tagħraf il-pjan operazzjonali tal-bażi tad-data ta' l-Irlanda ta' Fuq għall-annimali ta' l-ifrat (ĠU L 275, tas-26.10.1999, p. 32).

32000 D 0062 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/62/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tapprova il-pjan preżentat mill-Portugall għas-sorveljanza tad-deni tal-majjali Afrikani (ĠU L 22, tas-27.1.2000, p. 65)."

3. Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' punt 9(Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE) fil-Parti 3.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-ASSO¬JAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

", kif emendat minn:

32000 D 0113 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni2000/113/KE tal-14 ta' Jannar 2000 (ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 23)."

4. Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara punt 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE) fil-Parti 3.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-ASSO¬JAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

399 D 0335 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/335/KE tas-7 ta' Mejju 1999 li tapprova il-pjanijiet preżentati mill-Ġermanja għall-eradikazzjoni tad-deni tal-majjali klassiku fil-majjali slavaġ f'Baden Wàrttemberg and Rhineland-Palatinate (ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 21)."

5. It-test tal-punt 45 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/76/KE) fil-Parti 4.2 għandu jinbidel ma' dan li ġej:

"399 D 0467 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/467/KE tal-15 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta' annimali ta' l-ifrat ħieles mit-tuberkolosi ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' Stati Membri u li tirrevoka lid-Deċiżjoni 97/76/KE (ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 36), kif emendat minn:

32000 D 0069 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/69/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 76)."

6. It-test tal-punt 46 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/175/KE) fil-Parti 4.2 għandu jinbidel ma' dan li ġej:

"399 D 0466 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE tal-15 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-istat uffiċjali tal-annimali ta' l-ifrat ħieles mill-bruċellosi f'ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' l-Istati Membri u li tirrevoka id-Deċiżjoni 97/175/KE (ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 34), kif emendat minn:

32000 D 0069 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/69/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 76)."

7. Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara punt 44 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/263/KE) fil-Parti 4.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

398 D 0580 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/580/KE tad-9 ta' Ottubru 1998 li tapprova il-programm għall-eradikazzjoni ta' rhinotracheitis infettiva ta' l-annimali ta' l-ifrat fl-Italja (ĠU L 279, tas-16.10.1998, p. 49).

399 D 0465 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/465/KE tat-13 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat ħieles mill-lewkoma f'ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' l-Istati Membri(ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 32)."

8. Il-punt li ġej għandu jiżdied wara punt 37 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/496/KE) fil-Parti 7.2 taħt l-intestatura

"ATTI DWAR LIEMA L-ISTATI U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES GĦANDHOM JIEĦDU ĦSIEB KIF DOVUT"

:

32000 D 0060 : Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/60/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tapprova il-pjan għall-monitoraġġ u għall-kontroll tas-salmonella fit-tajr ippreżentat mill-Awstrija (ĠU L 22, tas-27.1.2000, p. 61)."

--------------------------------------------------