22001D0036



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0028 - 0029


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 36/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/312/KE tad-29 ta' April 1999 li temenda id-Deċiżjoni 93/383/KEE fuq laboratorji ta' referenza għall-moniteraġġ ta' bijotossini tal-baħar [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 17 (Deċiżjoni tal-Kunsill 93/383/KE) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 399 D 0312: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/312/KE tad-29 ta' April 1999 (ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 37)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/312/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24.

[2] ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 37.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------