22001D0029



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0010 - 0012


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 29/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,

Minkejja il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll lil jaġġusta l-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, li minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Minkejja:

(1) L-Anness I tal-Ftehim emendat permezz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1891999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1].

(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/608/KE tal-10 ta' Settembru 1999 li temenda l-Annessi ta' Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa annimali applikabbli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità u l-importazzjoni ta' l-isperma ta' annimali domestiċi u speċi porċini [2] għandha jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/724/KE tat-28 ta' Ottubru 1999 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa annimali u tas-saħħa pubblika li jiggvernaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità tal-prodotti li mhumiex suġġetti għall-ħtiġiet imsemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward tal-patoġeni, Direttiva 90/425/KEE [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/89/KE tal-15 ta' Novembru 1999 li temenda id-Direttiva 91/494/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa annimali li jiggvernaw il-kummerċ u l-importazzjoni fi ħdan il-Komunità minn pajjiżi terzi ta' laħam tat-tiġieġ frisk [4] għandha jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE tal-15 ta' Novembru 1999 li temenda Direttiva 91/494/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa annimali li jiggvernaw il-kummerċ u l-importazzjoni fi ħdan il-Komunità minn pajjiżi terzi ta' tiġieġ u ta' bajd li jfaqqsu [5] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/39/KE tas-16 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa annimali applikabbli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità u l-importazzjoni ta' l-isperma ta' annimali domestiċi u speċi porċini [6] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda u l-Liechtensteien.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-qasam li ġej jiżdied mal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/5 39/KEE) fil-Parti 8.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' dan il-Ftehim:

"- 399 L 0090: Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE tal-15 ta' Novembru 1999 (ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 19)."

Artikolu 2

Il-qasam li ġej jiżdied wara l-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 7 (Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-Parti 8.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I ta' dan il-Ftehim:

"- 399 D 0608: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/608/KE tal-10 ta' Settembru 1999 (ĠU L 242, ta' l-14.9.1999, p. 20).

- 32000 D 0039: rozhodnutí Komise 2000/39/ES ze dne 16. prosince 1999 (ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 21)."

Artikolu 3

Il-qasam li ġej jiżdied wara fil-punt 2 (Id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE) fil-Parti 5.1 u l-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE) fil Parti 8.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim:

"- 399 L 0089: Direttiva tal-Kunsill 1999/89/KE tal-15 ta' Novembru 1999 (ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17)."

.

Artikolu 4

Il-qasam li ġej jiżdied fil-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-Parti 5.1 punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-Parti 6.1 u l-punt 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-Parti 8.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-ftehim:

"- 399 L 0724: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/724/KE tat-28 ta' Ottubru 1999 (ĠU L 290, tat-12.11.1999, s. 32)."

.

Artikolu 5

It-testi tad-Deċiżjoniiet tal-Kumissjoni 1999/608/KE, 1999/724/KE u 2000/39/KE u Direttivi tal-Kunsill 1999/89/KE u 1999/90/KE fil-lingwa Norveġiża, pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej, għandhom jkunu awtentiċi.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 Marzu 2001, iżda n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata mis-Sezzjoni taż-ŻEE, tas-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24.

[2] ĠU L 242, ta' l-14.9.1999, p. 20.

[3] ĠU L 290, tat-12.11.1999, p. 32.

[4] ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17.

[5] ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 19.

[6] ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 21.

[7] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.

--------------------------------------------------