22001D0002



Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0044 - 0044


Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE

Nru 2/2001

tal-31 ta' Jannar 2001

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 [1];

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1286/2000 tad-19 ta' Gunju 2000 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim;

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2000 ta'l-20 ta' Ġunju 2000 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) fil-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 32000 R 1286: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1286/2000 tad-19 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 145, ta' l-20.6.2000, p. 15),

- 32000 R 1295: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2000 ta' l-20 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 146, tal-21.6.2000, p. 11)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 1286/2000 u 1295/2000 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 14.

[2] ĠU L 145, ta' l-20.6.2000, p. 15.

[3] ĠU L 146, tal-21.6.2000, p. 11.

[4] Ebda htigiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------