Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0042 - 0043
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2000 tat-2 ta' Ottubru 20001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel djetetiku għal għanijiet mediċi speċjali [2], kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54v (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim: "54w. 399 L 0021: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel djetetiku għal għanijiet mediċi speċjali, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p.29)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/21/KE, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 11. [2] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 29, kif ikkoreġuta bi ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------