22001A0718(01)



Official Journal L 194 , 18/07/2001 P. 0039 - 0049


Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta' ċerti regoli għat-trasport

INTERNAZZJONALI BL-AJRU (IL-KONVENZJONI TA' MONTREAL)

L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DIN IL-KONVENZJONI,

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni sinifikanti tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmat f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta' Varsavja', u strumenti oħrajn relatati għall-armonizzazzjoni tal-liġi privata internazzjonali ta' l-ajru;

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li tiġi mmodernizzata u kkonsolidata l-Konvenzjoni ta' Varsavja u strumenti relatati;

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza li tiġi assigurata l-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi fit-trasport internazzjonali bl-ajru u l-bżonn għal kumpens ekwu bbażat fuq il-prinċipju ta' restituzzjoni;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ix-xewqa ta' żvilupp ordnat ta' operazzjonijiet internazzjonali ta' trasport bl-ajru u mixtieq li jsir żvilupp ordinat ta' l-operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali bl-ajru u t-tmexxija mingħajr problemi ta' passiġġieri, bagalji u merkanzija skond il-prinċipji u l-objettivi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Internazzjonali Ċivili, magħmula f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;

WAQT LI HUMA KONVINTI illi l-azzjoni kollettiva mill-Istat għal armozzazzjoni u kodifikazzjoni akbar ta' ċerti regoli li jirregolaw it-trasport internazzjonali bl-ajru permezz ta' Konvenzjoni ġdida hija l-mezz l-aktar adegwat biex jiġi akkwistat bilanċ ekwu ta' l-interessi

FTIEHMU KIF ĠEJ

KAPITOLU I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

L-Iskop ta' applikazzjoni

1. Din il-Konvenzjoni tapplika għat-trasport internazzjonali ta' persuni, bagalji jew merkanzija kollha mwettqa bl-inġenji ta' l-ajru għall-ħlas. Tapplika ugwalment għal trasport b'xejn imwettaq minn impriża tat-trasport bl-ajru.

2. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-espressjoni trasport internazzjonali tfisser kull trasport li fih, skond il-Ftehim bejn il-Partijiet, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni, kemm jekk hemm waqfa fit-trasport jew transbord, jinstabu jew fit-territorji ta' żewġ Stati Partijiet, jew fit-territorju ta' Stat Parti wieħed, jekk hemm post miftiehem ta' waqfien fit-territorju ta' Stat ieħor, ukoll jekk dak l-Istat mhuwiex Stat Parti. It-trasport bejn żewġ punti fit-territorju ta' Stat Parti singola mingħajr ftehim ta' waqfien miftiehem fit-territorju ta' Stat ieħor mhuwiex trasport internazzjonali għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni.

3. It-trasport li għandu jsir minn diversi trasportaturi suċċessivi jitqies, għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, li huwa trasport wieħed indiviż jekk ġie meqjus mill-Partijiet bħala operazzjoni singola, kemm jekk ġie miftiehem taħt il-forma ta' kuntratt singolu jew serje ta' kuntratti, u ma jitlifx il-karattru internazzjonali sempliċiment minħabba li kuntratt wieħed jew serje ta' kuntratti għandu jiġi esegwit kompletament fit-territorju ta' l-istess Stat.

4. Din il-Konvenzjoni tapplika wkoll għal trasport kif stabbilit fil-Kapitolu V, soġġett għal kondizzjonijiet hemmhekk.

Artikolu 2

Trasport imwettaq mill-Istat u trasport ta' oġġetti postali

1. Din il-Konvenzjoni tapplika għat-trasport imwettaq mill-Istat jew minn korpi pubbliċi kkostitwiti legalment, sakemm taqa' fil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.

2. Fit-trasport ta' l-oġġetti postali, it-trasportatur huwa responsabbli biss għall-amministrazzjoni postali relevanti skond ir-regoli applikabbli għar-relazzjoni bejn it-trasportaturi u l-amministrazzjonijiet postali.

3. Ħlief kif previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni ma japplikawx għat-trasport ta' oġġetti postali.

KAPITOLU 2

Dokumentazzjoni u dmirjiet tal-Partijiet li jirrelataw għat-trasport ta' passiġġieri, bagalji u merkanzija

Artikolu 3

Passiġġieri u bagalji

1. Fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri, individwu jew dokument kollettiv ta' trasport għandu jingħata u jikkontjieni:

(a) indikazzjoni tal-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni;

(b) jekk il-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni huma fit-territorju ta' Stat Parti wieħed, post ta' waqfien wieħed jew aktar li jkunu fit-territorju ta' Stat ieħor, indikazzjoni ta' l-inqas ta' post wieħed ta' waqfien bħal dan.

2. Kull mezz ieħor li jippreserva l-informazzjoni indikata fil-paragrafu 1 jista' jiġi sostitwit għall-kunsinna tad-dokument imsemmi f'dak il-paragrafu. Jekk jintuża xi mezz ieħor bħal dan, it-trasportatur għandu joffri li jagħti lill-passiġġier dikjarazzjoni bil-miktub ta' l-informazzjoni hekk ippreservata.

3. It-trasportatur għandu jagħti lill-passiġġier tabella li tidentifika l-bagalja għal kull bagalja vverifikata.

4. Il-passiġġier għandu jingħata notifika bil-miktub li tispjega li meta din il-Konvenzjoni hija applikabbli tirregola u tista' tillimita r-responsabbiltà ta' trasportaturi fir-rigward ta' mewt jew inġurja u għad-distruzzjoni jew it-telf għal, jew ħsara lil bagalji u għal dewmien.

5. In-nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti m'għandux jeffettwa l-eżistenza jew il-validità tal-kuntratt tat-trasport, li għandu, madanakollu, ikun soġġett għar-regoli ta' din il-Konvenzjoni inklużi dawk li jirrelataw għal limitazzjoni tar-responsabbiltà.

Artikolu 4

Il-Merkanzija

1. Fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija, għandha tiġi kkunsinnata air waybill.

2. Kull mezz ieħor li jippreserva reġistrazzjoni tat-trasport li għandu jsir jista' jiġi sostitwit għall-kunsinna ta' air waybill. Jekk jintuża mezz ieħor, it-trasportatur għandu, jekk mitlub mill-kunsinnatarju, jagħti lill-kunsinnatur riċevuta tal-merkanzija li tippermetti identifikazzjoni tal-kunsinna u aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistru ppreservat b'mezz ieħor.

Artikolu 5

Il-Kontenut ta' l-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija

L-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija għandha tinkludi

(a) indikazzjoni tal-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni;

(b) jekk il-postijiet tat-tluq u ta' destinazzjoni huma fit-territorju ta' Stat Parti singolu, u post wieħed jew iktar tal-waqfien li hemm ftehim dwarhom ikunu fit-territorju ta' Stat ieħor, indikazzjoni ta' għall-inqas post wieħed tal-waqfien minn dawn; u

(c) indikazzjoni tal-piż tal-kunsinna.

Artikolu 6

Dokument dwar in-natura tal-merkanzija

Il-kusinnatur jista' jkun meħtieġ, jekk neċessarju jissodisfa l-formalitajiet ta' l-awtoritajiet doganali, tal-pulizija u pubbliċi simili sabiex jikkunsinna dokument li jindika n-natura tal-merkanzija. Din id-disposizzjoni ma tikkrea għat-trasportatur l-ebda dazju, obbligu jew responsabbiltà li tirriżulta minnhom.

Artikolu 7

Deskrizzjoni ta' air waybill

1. L-air waybill għandha timtela mill-kunsinnatur fi tliet partijiet oriġinali.

2. L-ewwel parti għandha tiġi mmarkata "għat-trasportatur"; għandha tiġi ffirmata mill-kunsinnatarju. It-tieni parti għandha tiġi mmarkata "għad-destinatarju"; għandha tiġi ffirmata mill-kunsinnatarju u mit-trasportatur. It-tielet parti għandha tiġi ffirmata mit-trasportatur li għandu jagħtiha lill-kunsinnatarju wara li l-merkanzija tiġi aċċettata.

3. Il-firma tat-trasportatur u dik tal-kunsinnatur tista' tiġi stampata jew ittimbrata.

4. Jekk, fuq talba tal-kunsinnatur, it-trasportatur jimla' l-air waybill, it-trasportatur għandu jitqies, soġġett għall-prova tal-kuntrarju, li għamel dan f'isem il-kunsinnatarju.

Artikolu 8

Dokumentazzjoni għal pakketti multipli

Meta hemm aktar minn pakkett wieħed:

(a) it-trasportatur tal-merkanzija għandu dritt li jeħtieġ lill-kunsinnatarju jimla air waybills separati;

(b) il-kunsinnatarju għandu dritt jeħtieġ lit-trasportatur jikkunsinna riċevuti separati tal-merkazija meta l-mezzi l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 jintużaw.

Artikolu 9

Non konformità mal-ħtiġiet dokumentarji

Non-konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 sa 8 m'għandhiex teffettwa l-eżistenza jew il-validità tal-kuntratt tat-trasport, li għandu madanakollu, ikun soġġett għar-regoli ta' din il-Konvenzjoni inklużi dawk dwar limitazzjoni tar-responsabbiltà.

Artikolu 10

Responsabbiltà għad-dettalji tad-dokumentazzjoni

1. Il-kunsinnatarju huwa responsabbli għall-korrettezza tad-dettalji u dikjarazzjonijiet li jirrelataw għall-merkanzija inserita minnu jew għan-nom tagħha fl-air waybill jew fornita minnha jew għan-nom tagħha lit-trasportatur għal inserzjoni fir-riċevuta tal-merkanzija jew għal inserzjoni fir-reġistru ppreservat bil-mezzi l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4. Ta' qabel għandu wkoll japplika meta l-persuna li taġixxi għan-nom tal-kunsinnatur hija wkoll aġent tat-trasportatur.

2. Il-kunsinnatur għandu jindemnizza lit-trasportatur kontra kull ħsara sofferta, jew minn kull persuna oħra li lilha t-trasportatur ikun responsabbli, għar-raġuni ta' l-irregolarità, l-inkorrettezza jew l-inkompletezza tad-dettalji u d-dikjarazzjonijiet forniti mill-kunsinnatur jew għan-nom tiegħu.

3. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, it-trasportatur għandu jindenizza lill-kounsinnatur kontra kull dannu soffert, jew minn kull persuna oħra li lilha l-kunsinnatur huwa responsabbli għar-raġuni ta' l-irregolarità, l-inkorrettezza jew l-inkompletezza tad-dettalji u dikjarazzjonijiet inseriti mit-trasportatur jew f ismu fl-irċevuta tal-merkanzija jew fir-reġistru ppreservat bil-mezzi l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4.

Artikolu 11

Valur ta' evidenza ta' dokumentazzjoni

1. L-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija huma provi prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt, ta' l-aċċettazzjoni tal-merkanzija u tal-kondizzjonijiet ta' trasport imsemmija hemmhekk.

2. Kull dikjarazzjoni fl-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija dwar il-piż, id-dimensjonijiet u l-ippakkeġġjar tal-merkanzija, kif ukoll dawk relatati man-numru ta' pakketti, huma prova prima facie tal-fatti ddikjarati; dawk li jirrelataw għall-kwantità, il-volum u l-kondizzjoni tal-merkanzija ma jikkostitwixxux prova kontra t-trasportatur ħlief sa fejn it-tnejn kienu u huma, dikjarati fl-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija li ġew ikkontrollati minnha fil-preżenza tal-kunsinnatur, jew jirrelataw għall-kundizzjoni apparenti tal-merkanzija.

Artikolu 12

Dritt li jiddisponi mill-merkanzija

1. Soġġett għar-responsabbiltà tiegħu li jwettaq l-obbligi kollha skond il-kuntratt tat-trasport, il-kunsinnatur għandu d-dritt li jeħles mill-merkanzija billi jiġborha fl-ajruport tat-tluq jew destinazzjoni, jew billi jwaqqafha tul il-vjaġġ fi kwalunkwe atterraġġ, jew billi jitlob li tiġi kkunsinnata fil-post tad-destinazzjoni jew tul il-vjaġġ lil persuna ta' xort' oħra mid-destinatarju oriġinarjament maħtur, jew billi jeħtieġ li jiġi rritornat fl-ajruport tat-tluq. Il-kunsinnatur m'għandux jeżerċita d-dritt li jiddisponi mill-merkanzija b'tali mod li jippreġudika lit-trasportatur jew kunsinnatarji oħrajn u għandu jirrimborsa kull spiża kkawżata mill-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

2. Jekk huwa impossibbli li jitwettqu l-istruzzjonijiet tal-kunsinnatur, it-trasportatur għandu jinforma lill-kunsinnatur minnufih.

3. Jekk it-trasportatur iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kunsinnatur għad-disposizzjoni tal-merkanzija mingħajr ma jeħtieġ il-preżentazzjoni tal-parti ta' l-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija kkunsinnata lil ta' l-aħħar, it-trasportatur ikun responsabbli, mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jirkupra mill-kunsinnatur, għal kwalunkwe ħsara li tista' tiġi kkawżata b'dan lil kwalunkwe persuna li hija legalment fil- pussess ta' dik il-parti ta' l-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija.

4. Id-dritt mogħti lill-kunsinnatur jieqaf fil-mument meta jibda dak tal-kunsinnatarju skond l-Artikolu 13. Madanakollu, jekk il-kunsinnatarju jonqos li jaċċetta l-merkanzija, jew ma jistax jinstab, il-kunsinnatur jerġa' jieħu d-dritt li jiddisponi.

Artikolu 13

Il-Kunsinna tal-merkanzija

1. Ħlief meta l-kunsinnatur ikun eżerċita d-dritt tiegħu skond l-Artikolu 12, il-kunsinnatarju huwa ntitolat, mal-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinazzjoni, li jeħtieġ lit-trasportatur jikkunsinnalu l-merkanzija, fuq ħlas tal-piżijiet dovuti u malli jikkonforma mal-kondizzjonijiet tat-trasport.

2. Sakemm mhux miftiehem xort' oħra, huwa d-dmir tat-trasportatur li javża lill-kunsinnatarju malli tasal il-merkanzija.

3. Jekk it-trasportatur jammetti li tilef il-merkanzija, jew jekk il-merkanzija ma tkunx waslet ma' l-iskadenza ta' sebat ijiem mid-data li fiha suppost kienet waslet, il-kunsinnatarju huwa ntitolat iġib fis-seħħ kontra t-trasportatur id-drittijiet li jemanu mill-kuntratt tat-trasport.

Artikolu 14

Applikazzjoni tad-drittijiet tal-kunsinnatur u l-kunsinnatarju

Il-kunsinnatur u l-kunsinnatarju jistgħu rispettivament iġibu fis-seħħ id-drittijiet kollha mogħtija lilhom mill-Artikoli 12 u 13, kull wieħed f'ismu, kemm jekk jaġixxi f'ismu stess jew fl-interessi ta' ħaddieħor, sakemm huwa jwettaq l-obbligi tiegħu imposti mill-kuntratt tat-trasport.

Artikolu 15

Relazzjonijiet tal-kunsinnatur u l-kunsinnatarju jew relazzjonijiet reċiproċi ta' partijiet terzi

1. L-Artikoli 12, 13 u 14 ma jaffetwaw la r-relazzjonijiet tal-kunsinnatur u tal-kunsinnatarju bejniethom u lanqas ir-relazzjonijiet reċiproċi ma' terzi, li d-drittijiet tagħhom jemanu jew mill-kunsinnatur jew mill-kunsinnatarju.

2. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 12, 13 u 14 jistgħu biss jiġu varjati permezz ta' disposizzjoni espressa fl-air waybill jew l-irċevuta tal-merkanzija.

Artikolu 16

Formalitajiet doganali, tal-pulizija jew ta' awtoritajiet pubbliċi oħrajn

1. Il-kunsinnatur għandu jforni din l-informazzjoni u dawk id-dokumenti neċessarji biex jissodisfaw il-formalitajiet doganali, il-pulizija u awtoritajiet pubbliċi oħrajn qabel ma l-merkanzija tiġi kkunsinnata lill-kunsinnatur. Il-kunsinnatarju huwa responsabbli lejn it-trasportatur għal kull dannu kkaġunat mill-assenza, l-insuffiċjenza jew l-irregolarità ta' din l-informazzjoni jew dokumenti, sakemm il-ħsara ma tkunx dovuta għat-tort tat-trasportatur, is-servjenti jew l-aġenti tiegħu.

2. It-trasportatur m' għandu l-ebda obbligu li jistaqsi dwar il-korrettezza jew is-suffiċjenza ta' l-informazzjoni jew id-dokumenti

KAPITOLU III

Ir-Responsabbiltà tat-trasportatur u l-estent tal-kumpens għad-danni

Artikolu 17

Mewt u inġurji tal-passiġġieri - dannu lill-bagalji

1. It-trasportatur huwa responsabbli għad-danni sofferti fil-każ ta' mewt jew inġurji personali ta' passiġġier sakemm biss l-inċident li kkawża l-mewt jew l-inġurja seħħ abbord l-ajruplan jew tul xi operazzjonijiet ta' imbark jew żbark.

2. It-trasportatur huwa responsabbli għad-danni sofferti fil-każ ta' distruzzjoni jew telf ta' jew dannu lil bagalji kkontrollati sakemm biss il-każ li kkawża d-distruzzjoni, it-telf jew id-dannu seħħ abbord l-inġenju ta' l-ajru jew tul kwalunkwe perijodu li fih il-bagalji kkontrollati kienu fil-kura tat-trasportatur. Madanakollu, it-trasportatur mhuwiex responsabbli jekk, u sa fejn, il-ħsara li tirriżulta mid-difett inerenti, mill-kwalità jew problema tal-bagalja. Fil-każ ta' bagalji mhux ivverifikati, inklużi oġġetti personali, it-trasportatur huwa responsabbli jekk id-dannu rriżulta mit-tort tiegħu jew tas-servjenti jew l-aġenti tiegħu.

3. Jekk it-trasportatur jammetti telf tal-bagalji kkontrollati, jew jekk il-bagalji kkontrollati ma waslux fl-iskadenza ta' 21 jum mid-data li fiha suppost waslu, il-passiġġier huwa intitolat li jġib fis-seħħ kontra t-trasportatur id-drittijiet li jemanu mill-kuntratt tat-trasport.

4. Sakemm mhux speċifikat xort' oħra, f'din il-Konvenzjoni t-terminu "bagalji" jfisser kemm bagalji kkontrollati kif ukoll bagalji mhux ikkontrollati.

Artikolu 18

Dannu lill-merkanzija

1. It-trasportatur huwa responsabbli għad-danni sofferti fil-każ ta' distruzzjoni jew telf ta' merkanzija sakemm biss dak il-każ li kkawża d-dannu seħħ waqt it-trasport bl-ajru.

2. Madanakollu, it-trasportatur mhux responsabbli jekk, u sa fejn dik id-distruzzjoni, it-telf ta' jew dannu lill-merkanzija rriżultat minn wieħed jew iktar minn dawn:

(a) difett, kwalità jew nuqqas inerenti ta' dik il-merkanzija

(b) imballaġġ difettuż ta' dik il-merkanzija mwettaq minn persuna oħra minbarra t-trasportatur, is-servjenti jew l-aġenti tiegħu

(ċ) att ta' gwerra jew kunflitt armat;

(d) att ta' awtorità pubblika mwettqa in konnessjoni mad-dħul, il-ħruġ jew it-tranżitu tal-merkanzija.

3. It-trasport bl-ajru fis-sens tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinkludi l-perijodu li fih il-merkanzija hija fil-kura tat-trasportatur.

4. Il-perijodu tat-trasport bl-ajru ma jestendix għal xi trasport bl-art, bil-baħar jew fuq kanal ta' l-ilma intern imwettaq barra ajruport. Jekk, madanakollu dan it-trasport iseħħ fit-twettieq ta' kuntratt għat-trasport bl-ajru, għall-iskop ta' tagħbija, kunsinna jew transbord, kull ħsara hija preżunta, soġġett għall-prova għall-kuntrarju, li hija r-riżultat ta' ġrajja li seħħet waqt it-trasport bl-ajru. Jekk trasportatur, mingħajr il-kunsens tal-kunsinnatur, jissostitwixxi t-trasport b'mezz tat-trasport ieħor għall-vjaġġ komplet jew in parti ta' trasport intiż mill-ftehim bejn il-partijiet għal trasport bl-ajru, dan it-trasport jitqes li jkun fil-perjodu ta' trasport bl-ajru.

Artikolu 19

Dewmien

It-trasportatur huwa responsabbli għal dannu kkaġunat minn dewmien fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, il-bagaliji jew il-merkanzija. Madanakollu, it-trasportatur m'għandux ikun responsabbli għad-danni kkawżati bid-dewmien jekk jidher illi t-trasport u s-servjenti u l-aġenti tiegħu ħadu l-miżuri kollha li setgħu jintalbu raġjonevolment sabiex jevitaw id-dannu jew li kien impossibbli għalihom li jieħdu dawn il-miżuri.

Artikolu 20

L-Eżonerazzjoni

Jekk it-trasportatur jipprova li d-dannu ġie kkawżat jew kontribwit bin-negliġenza jew att ħażin jew negliġenti tal-persuna li titlob kumpens, jew il-persuna li mingħandha hu jew hi jieħdu d-drittijiet tiegħu/tagħha, it-trasportatur għandu jkun kompletament jew parzjalment eżonerat mir-responsabbiltà tiegħu lejn l-attur, sa fejn din in-negliġenza jew att ħażin jew negliġenti kkawżaw jew ikkontribwew għad-dannu. Meta għar-raġuni ta' mewt jew inġurja ta' passiġġier jintalab kumpens minn persuna minbarra l-passiġġier, it-trasportatur għandu bl-istess mod ikun eżonerat kompletament jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu sa fejn jipprova li d-dannu ġie kkawżat jew saret kontribuzzjoni lilu minn negliġenza jew att ħażin jew negliġenti ta' dak il-passiġġier. Dan l-Artikolu japplika għad-disposizzjonijiet kollha ta' responsabbiltà f'din il-Konvenzjoni, inkluż il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 21.

Artikolu 21

Kumpens f'każ ta' mewt jew inġurja ta' passiġġieri

1. Għal danni kkawżati taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 17 li ma jaqbżux 100 000 Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier, it-trasportatur ma jistax jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tiegħu.

2. It-trasportatur m' għandux ikun responsabbli għal danni kkawżati taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 17 sa fejn jeċċedu għal kull passiġġier 100000 Dritt Speċjali tal-Ġbid jekk it-trasportatur jipprova illi:

(a) dan id-dannu ma ġiex ikkawżat min-negliġenza jew att ħażin jew negliġenza tat-trasportatur jew is-servjenti jew l-aġenti tiegħu; jew

(b) id-dannu kien dovut biss għal negliġenza jew att jew omissjoni ta' parti terza.

Artikolu 22

Limiti tar-responsabbiltà fir-rigward ta' demwien, bagalji u merkanzija

1. Fil-każ ta' dannu kkawżat minn dewmien kif speċifikat fl-Artikolu 19 fit-trasport ta' persuni, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal kull passiġġier huwa llimitat għal 4150 Dritt Speċjali tal-Ġbid.

2. Fil-trasport ta' bagalji, ir-responsabbiltà f'każ ta' distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien hija llimitata għal 1000 Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier sakemm il-passiġġier m'għamilx, fil-ħin meta l-bagalji vverifikati ngħataw lit-trasportatur, dikjarazzjoni speċjali ta' interess fil-kunsinna fid-destinazzjoni u jkun ħallas somma supplimentari jekk jitlob il-każ. F'dak il-każ it-trasportatur huwa responsabbli li jħallas somma li ma teċċedix is-somma dikjarata, sakemm ma jiġix ippruvat li s-somma hija ikbar mill-interess attwali tal-passiġġier fil-kunsinna fid-destinazzjoni.

3. Fit-trasport tal-merkanzija, ir-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien hija llimitata għal somma ta' 17-il Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull kilogramma, sakemm il-kunsinnatur ma jkunx għamel, meta l-pakkett ingħata lit-trasportatur, dikjarazzjoni speċjali ta' interess fil-kunsinna fid-destinazzjoni u jkun ħallas somma supplementari jekk jeħtieġ il-każ. F'dak il-każ it-trasportatur huwa responsabbli li jħallas somma mhux akbar mis-somma ddikjarata, sakemm ma jiġix ippruvat li s-somma hija ikbar mill-interess attwali tal-kunsinnatur fil-kunsinna fid-destinazzjoni.

4. F' każ ta' distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien ta' parti mill-merkanzija, jew ta' kull oġġett hemmhekk, il-piż li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi ddeterminat l-ammont li għalih hija llimitata r-responsabbiltà tat-trasportatur għandu jkun biss il-piż totali tal-pakkett jew pakketti kkonċernati. Madanakollu, meta d-distruzzjoni, it-telf, id-dannu jew id-dewmien ta' parti mill-merkanzija, jew oġġett li jinsab fiha, jaffettwa l-valur ta' pakketti oħrajn koperti bl-istess air waybill, jew l-istess irċevuta, jew jekk ma nħarġux, mill-istess reġistru ppreservat bil-mezzi l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4, il-piż totali ta' dan il-pakkett jew pakketti għandu wkoll jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-limitu tar-responsabbiltà.

5. Id-disposizzjonijiet preċedenti tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw jekk jiġi ppruvat illi l-ħsara li tirriżulta minn att jew ommissjoni tat-trasportatur, is-servjenti jew l-aġenti tiegħu, magħmula bl-intenzjoni li tikkawża dannu jew b'traskuraġni u bl-għarfien illi dak id-dannu kien x'aktarx jirriżulta; sakemm, fil-każ ta' dan l-att jew omissjoni ta' servjent jew aġent huwa wkoll ippruvat li dan is-servjent jew aġent kien qed jaġixxi fl-iskop ta' l-impieg tiegħu.

6. Il-limiti preskritti fl-Artikolu 21 u f'dan l-Artikolu m'għandhomx jipprevjienu l-qorti milli tagħti, skond il-liġi proprja, f'addizzjoni, l-ispejjeż kollha jew in parti tal-qorti u l-ispejjeż l-oħrajn tal-litigazzjoni li bata l-attur, inklużi l-interessi. Id-disposizzjoni preċedenti m'għandhiex tapplika jekk l-ammont tad-danni mogħtija, minbarra l-ispejjeż tal-qorti u spejjeż oħrajn tal-litigazzjoni, ma jeċċedux is-somma li t-trasportatur offra bil-miktub lill-attur fi żmien sitt xhur mid-data meta seħħet il-kawża tad-dannu, jew qabel il-bidu ta' l-azzjoni, jekk din isseħħ wara.

Artikolu 23

Konverżjoni ta' unitajiet monetarji

1. Is-somom imsemmija f'termini ta' Dritt Speċjali tal-Ġbid f'din il-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li jirreferu għad-Dritt Speċjali tal-Ġbid kif definit mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Konverżjoni tas-somom f'muniti nazzjonali għandha, f'każ ta' proċeduri ġudizzjarji, issir skond il-valur ta' dawk il-valuti f'termini tad-Dritt Speċjali tal-Ġbid fid-data tas-sentenza. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali tal-Ġbid ta' Stat Parti li huwa Membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jinħadem skond il-metodu ta' valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data tas-sentenza, għax-xogħolijiet u l-operazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-munita nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali tal-Ġbid, ta' Stat Parti li mhuwiex Membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jinħadem bil-mod iddeterminat minn dak l-Istat.

2. Madanakollu, dawk l-Istati li mhumiex Membri tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġijiet tagħhom ma jippermettux l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu, fil-ħin tar-ratifika jew l-aċċess jew fi kwalunkwe ħin wara jiddikjaraw li l-limitu ta' responsabbiltà tat-trasportatur, preskritt fl-Artikolu 21 huwa ffissat għas-somma ta' 1500000 unità monetarja għal kull passiġġier fil-proċeduri ġudizzjari fi-territorji tagħhom; 620500 unità monetarja għal kull passiġġier fir-rigward tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 22; 15000 unità monetarja għal kull passiġġier fir-rigward tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 22; u 250 unità monetarja għal kull kilogramma fir-rigward tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 22. Din l-unità monetarja tikkorrispondi għal 65,5 milligramma deheb ta' finezza milleżimali disa' mija. Dawn is-somom jistgħu jiġu kkonvertiti fil-valuta nazzjonali kkonċernata f'figuri sħaħ. Il-konverżjoni ta' dawn is-somom f'valuta nazzjonali għandha ssir skond il-liġi ta' l-Istat ikkonċernat.

3. Il-kalkolu msemmi fl-aħħar frażi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-metodu ta' konverżjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru b'tali mod li jesprimu fil-valuta nazzjonali ta' l-Istat Parti kemm jista' jkun l-istess valur reali għall-ammonti fl-Artikoli 21 u 22 li kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-ewwel tliet frażijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Partijiet għandhom jikkomunikaw lid-depożitarju l-mod ta' kalkolu skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skond il-każ, meta jsir id-depożitu ta' strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni ta' jew adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm xi tibdil f'waħda minnhom.

Artikolu 24

Reviżjoni tal-limiti

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 25 ta' din il-Konvenzjoni u soġġett għall-paragrafu 2 taħt, il-limiti tar-responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 21, 22 u 23 għandhom jiġu riveduti mid-Depożitarju f'intervalli ta' ħames snin, u l-ewwel wieħed fl-aħħar tal-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, jew jekk il-Konvenzjoni ma tidħolx fis-seħħ fi żmien ħames snin mid-data li l-ewwel tinfetaħ għall-firem, fl-ewwel sena mid-dħul fis-seħħ tagħha, b'riferenza għal fattur ta' inflazzjoni li jikkorrispondi għar-rata akkumulata ta' inflazzjoni mir-reviżjoni preċedenti jew fl-ewwel istanza mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni. Il-miżura tar-rata ta' inflazzjoni li għandha tintuża biex jiġi ddeterminat il-fattur ta' l-inflazzjoni għandha tkun il-medja peżata tar-rati annwali ta' żieda jew tnaqqis fl-Indiċijiet tal-Prezzijiet tal-Konsumatur ta' Stati li l-valuti tagħhom jikkostitwixxu id-Dritt Speċjali tal-Ġbid imsemmi fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 23.

2. Jekk ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti tikkonkludi li l-fattur ta' l-inflazzjoni eċċeda l-10 fil-mija, id-Depożitarju għandu jinnotifika lill-Istati Partijiet bir-reviżjoni tal-limiti tar-responsabbiltà. Kull reviżjoni ta' din ix-xorta għandha ssir effettiva sitt xhur wara n-notifika tagħha lill-Istati Partijiet. Jekk fi żmien tliet xhur wara n-notifika ta' l-Istati Partijiet il-maġġoranza ta' l-Istati Partijiet jirreġistraw id-disapprovazzjoni tagħhom, ir-reviżjoni m'għandhiex issir effettiva u d-Depożitarju għandu jirreferi l-kwistjoni f'laqgħa ta' l-Istati Partijiet. Id-Depożitarju għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati Partijiet kollha bid-dħul fis-seħħ ta' kull reviżjoni.

3. Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi applikata fi kwalunkwe ħin sakemm terz ta' l-Istati Partijiet juru xewqa għal dan u b'kundizzjoni li l-fattur ta' l-inflazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jkun eċċeda t-30 fil-mija mir-reviżjoni preċedenti jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni jekk ma kien hemm l-ebda reviżjoni preċedenti. Reviżjonijiet sussegwenti bl-użu tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom iseħħu f'intervalli ta' ħames snin li jibdew minn tmiem il-ħames sena wara d-data tar-reviżjonijiet taħt il-paragrafu preżenti.

Artikolu 25

Stipulazzjonijiet fuq il-limiti

Trasportatur jista' jistipula li l-kuntratt tal-ġarr għandu jkun suġġett għal-limiti ogħla ta' responsabbilità minn dawk previsti f'din il-Konvenzjoni jew għall-ebda limitu ta' responsabbilità.

Artikolu 26

L-Invalidità ta' disposizzjonijiet kontrattwali

Kull disposizzjoni li tista' tissolleva lit-trasportatur mir-responsabbiltà jew tiffissa limitu aktar baxx minn dak stabbilit f'din il-Konvenzjoni għandha tkun nulla u mingħajr effett, iżda n-nullità ta' kull disposizzjoni ma tinvolvix in-nullità tal-kuntratt sħiħ, li għandu jibqa' soġġett għad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 27

Il-Libertà ta' kuntratt

Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jipprevjieni lit-trasportatur milli jirrifjuta li jidħol f'xi kuntratt tat-trasport, milli jċedi d-difiżi disponibbli għalih taħt il-Konvenzjoni, jew milli jistabbilixxi kondizzjonijiet li mhumiex konfliġġenti mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 28

Ħlas bil-quddiem

Fil-każ ta' inċidenti ta' inġenji ta' l-ajru li jirriżultaw fil-mewt jew l-inġurja tal-passiġġieri, it-trasportatur għandu, jekk meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu, iħallas bil-quddiem mingħajr dewmien lil persuna jew persuni fiżiċi li huma ntitolati li jitolbu kumpens sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ekonomiċi immedjati ta' dawn il-persuni. Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem m'għandhomx jikkostwixxu rikonoxximent ta' responsabbiltà u jistgħu jiġu tpaċuti kontra kwalunkwe ammonti sussegwentement imħallsa bħala danni mit-trasportatur.

Artikolu 29

Bażi tal-pretensjonijiet

Fil-trasport tal-passiġġieri, bagalji u merkanzija, kull azzjoni għal danni, tkun kif tkun fondata, kemm taħt din il-Konvenzjoni jew taħt kuntratt jew delitt jew xort' oħra, tista' tinġieb biss bla ħsara għall-kondizzjonijiet u dawn il-limiti ta' responsabbiltà kif stabbiliti f'din il-Konvenzjoni bla ħsara għall-kwistjoni dwar min huma l-persuni li għandhom id-dritt li jġibu l-azzjoni u x'inhuma d-drittijiet rispettivi tagħhom. F'kull azzjoni ta' din ix-xorta, m'humiex rikoverabbli danni punitivi, eżemplari jew danni oħrajn non-kompensatorji.

Artikolu 30

Servjenti, aġenti - aggregazzjoni tal-pretensjonijiet

1. Jekk tinġieb azzjoni kontra servjent jew aġent tat-trasportatur li tikkawża dannu li tirrelata għalih il-Konvenzjoni, dan is-servjent jew aġent, jekk jipprovaw li aġixxew fl-iskop ta' l-impieg tagħhom, huma intitolati li jivvantaw ruħhom mill-kondizzjonijiet u l-limiti tar-responsabbiltà li għalihom huwa intitolat it-trasportatur stess li jġib skond din il-Konvenzjoni.

2. It-total ta' l-ammonti rikoverabbli mit-trasportatur, is-servjenti u l-aġenti tiegħu, f'dak il-każ, m'għandhomx jeċċedu l-limiti msemmija.

3. Ħlief fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija, id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw jekk jiġi ppruvat li d-dannu rriżulta minn att jew ommissjoni tas-servjent jew l-aġent magħmul bl-intenzjoni li jikkawża dannu jew bi traskuraġni u bl-għarfien li x'aktarx jirriżulta d-dannu.

Artikolu 31

Notifika fil-ħin tal-pretensjonijiet

1. Riċevuta mill-persuna intitolata għall-kunsinna ta' bagalji jew merkanzija kkontrollata mingħajr ilment hija prova prima facie li l-istess ġie kkunsinnat f'kondizzjoni tajba u skond id-dokument ta' trasport jew ir-reġistru ppreservat bil-mezzi l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 u l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4.

2. Fil-każ ta' dannu, il-persuna intitolata għall-kunsinna għandha tilmenta lit-trasportatur minnufih wara l-iskoperta tad-dannu, u mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data ta' l-irċevuta fil-każ ta' bagalji kkontrollati, u 14-il jum mid-data ta' l-irċevuta fil-każ ta' merkanzija. Fil-każ ta' dewmien, l-ilment għandu jsir mhux aktar tard minn 21 jum mid-data li fiha l-bagalji jew il-merkanzija tqiegħdu għad-disposizzjoni tiegħu jew tagħha.

3. Kull ilment għandu jsir bil-miktub u jingħata jew jintbagħat fiż-żminijiet imsemmija fuq.

4. Jekk ma jsir l-ebda lment fiż-żminijiet imsemmija, ma jkun hemm l-ebda azzjoni kontra t-trasportatur, ħlief fil-każ ta' frodi da parti tiegħu.

Artikolu 32

Mewt tal-persuna responsabbli

Fil-każ li tmut il-persuna responsabbli, ikun hemm azzjoni għal danni skond it-termini ta' din il-Konvenzjoni kontra dawk li legalment jirrappreżentaw l-eredità tiegħu jew tagħha

Artikolu 33

Il-Ġurisdizzjoni

1. Azzjoni għad-danni għandha tinġieb, skond l-għażla ta' l-attur, fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Partijiet, jew quddiem il-qorti tad-domiċilju tat-trasportatur jew tal-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew fejn għandu post tan-negozju li permezz tiegħu sar il-kuntratt jew quddiem il-qorti fil-post tad-destinazzjoni.

2. Fir-rigward ta' dannu li jirriżulta mill-mewt jew id-dannu ta' passiġġier, azzjoni tista' tinġieb quddiem waħda mill-qrati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fit-territorju ta' Stat Parti li fih fil-ħin ta' l-inċident il-passiġġier għandu r-residenza prinċipali u permanenti tiegħu u li għaliha jew minnha t-trasportatur jopera servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bl-ajru, jew bl-inġenji ta' l-ajru proprji tiegħu, jew bl-inġenji ta' l-ajru ta' trasportatur ieħor skond ftehim kummerċjali, u li fih dak it-trasportatur iwettaq in-negozju tiegħu ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru minn fond mikri minn jew proprjetà tat-trasportatur stess jew minn trasportatur ieħor li miegħu għandu ftehim kummerċjali.

3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2,

(a) "ftehim kummerċjali" jfisser fethim, minbarra ftehim ta' aġenzija, li jsir bejn trasportaturi u jirrelata għad-disposizzjoni tas-servizzi konġunti tagħhom għat-trasport ta' passiġġieri bl-ajru;

(b) "residenza prinċipali u permanenti" tfisser l-abitazzjoni fissa u permanenti tal-passiġġier fil-ħin ta' l-inċident. Iċ-ċittadinanza tal-passiġġier m'għandux ikun fattur determinanti f'dan ir-rigward.

4. Kwistjonijiet ta' proċedura għandhom jiġu rregolati mil-liġi tal-qorti li qed tissindaka l-każ.

Artikolu 34

Arbitraġġ

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet għall-kuntratt tat-trasport għall-merkanzija jistgħu jistipolaw li kull tilwima li tirrelata għar-responsabbiltà tat-trasportatur skond din il-Konvenzjoni tiġi riżolta bl-arbitraġġ. Dan il-ftehim għandu jkun bil-miktub.

2. Il-proċeduri ta' l-arbitraġġ għandhom, skond l-għażla ta' l-attur, isiru f'waħda mill-ġurisdizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33.

3. L-arbitru jew it-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu japplika d-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu parti minn kull klawsola jew ftehim ta' l-arbitraġġ, u kull kondizzjoni ta' din il-klawsola jew ftehim li hija inkonsistenti magħhom għandha tkun nulla u mingħajr effett.

Artikolu 35

Limitazzjoni ta' l-azzjonijiet

1. Id-dritt għad-danni għandu jintemm jekk azzjoni ma tinġiebx fi żmien sentejn, li jingħaddu mid-data tal-wasla fid-destinazzjoni, jew mid-data li fiha l-inġenju ta' l-ajru kellu jasal, jew mid-data li fiha waqaf it-trasport.

2. Il-metodu ta' kalkolazzjoni ta' dak il-perijodu għandu jiġi determinat mil-liġi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ.

Artikolu 36

It-trasport suċċessiv

1. Fil-każ ta' trasport li għandu jitwettaq minn trasportaturi diversi suċċessivi u li jaqa' taħt id-definizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 1, kull trasportatur li jaċċetta l-passiġġieri, il-bagalji jew il-merkanzija hija soġġetta għar-regoli stabbiliti f'din il-Konvenzjoni u titqies bħala waħda mill-partijiet tal-kuntratt tat-trasport sa fejn il-kuntratt ikopri dik il-parti tat-trasport li titwettaq taħt is-sorveljanza tagħha.

2. Fil-każ ta' trasport ta' dan it-tip, il-passiġġier jew kull persuna intitolata għall-kumpens fir-rigward tiegħu jew tagħħa jista' jieħu azzjoni biss kontra t-trasportatur li wettaq it-trasport li tulu seħħew l-inċident jew id-dewmien, ħlief fil-każ meta, skond ftehim espress, l-ewwel trasportatur assuma r-responsabbiltà għall-vjaġġ sħiħ.

3. Fir-rigward ta' bagalji jew merkanzija, il-passiġġier jew il-kunsinnatur għandu d-dritt ta' l-azzjoni kontra l-ewwel trasportatur, u l-passiġġier jew kunsinnatarju intitolat għall-kunsinna għandu dritt ta' azzjoni kontra l-aħħar trasportatur, u barra minn hekk kull wieħed jista' jieħu azzjoni kontra t-trasportatur li wettaq it-trasport li fih seħħu d-distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien. Dawn it-trasportaturi huma konġuntement u separatament responsabbli lejn il-passiġġier jew il-kunsinnatur jew il-kunsinnatarju.

Artikolu 37

Dritt ta' azzjoni kontra partijiet terzi

Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jippreġudika l-kwistjoni ta' jekk persuna responsabbli għad-danni skond id-disposizzjonijiet tagħha għandhiex dritt ta' rikors kontra kull persuna oħra.

KAPITOLU IV

Trasport ikkombinat

Artikolu 38

Trasport ikkombinat

1. Fil-każ ta' trasport ikkombinat imwettaq parzjalment bl-ajru u parzjalment b'kull mod ieħor ta' transport, id-disposizzjonijet ta' din il-Konvenzjoni għandhom, bla ħsara għall-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 18, japplikaw biss għat-trasport bl-ajru, sakemm il-trasport bl-ajru jaqa' taħt il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 1.

2. Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandha tipprevjieni lill-Partijiet f'każ ta' transport ikkombinat milli jinserixxu fid-dokument ta' trasport bl-ajru il-kondizzjonijiet li jirreferu għal modi oħrajn ta' trasport, sakemm id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jiġu osservati fir-rigward tat-trasport bl-ajru.

KAPITOLU V

Trasport bl-ajru mwettaq minn persuna oħra minbarra t-trasportatur kontraenti

Artikolu 39

Trasportatur kontraenti trasportatur attwali

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitoli japplikaw biss meta persuna (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "it-trasportatur kontraenti") bħala prinċipal tagħmel kuntratt tat-trasport irregolat minn din il-Konvenzjoni ma' passiġġier jew kunsinnatur jew ma' persuna li taġixxi f'isem il-passiġġier jew kunsinnatur u persuna oħra (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "it-trasportatur attwali), twettaq, permezz ta' awtorità mit-trasportatur kontraenti, it-trasport komplet jew parzjali iżda mhuwiex dwar fir-rigward ta' din il-parti trasportatur suċċessiv fis-sens ta' din il-Konvenzjoni. Dun l-awtorità għandha tiġi preżunta fin-nuqqas ta' prova għall-kuntrarju."

Artikolu 40

Responsabbiltà rispettiva ta' trasportaturi kontraenti u attwali

Jekk trasportatur attwali jwettaq trasport komplet jew parzjali, li, skond il-kunrtratt imsemmi fl-Artikolu 39, huwa rregolat minn din il-Konvenzjoni, kemm it-trasportatur kontraenti kif ukoll it-trasportatur attwali għandhom, ħlief kif ipprovdut xort'oħra f'dan il-Kapitolu, ikunu soġġetti għar-regoli ta' din il-Konvenzjoni, ta' l-ewwel għat-trasport komplet kontemplat fil-kuntratt, ta' l-aħħar biss għat-trasport li huwa jwettaq.

Artikolu 41

Responsabbiltà reċiproka

1. L-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur attwali u tas-servjenti u l-aġenti tiegħu waqt li jaġixxu fl-iskop ta' l-impieg tagħhom għandhom, fir-rigward tat-trasport imwettaq mit-trasportatur attwali, jitqiesu li huma wkoll dawk tat-trasportatur kontraenti.

2. L-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur kontraenti u tas-servjenti u l-aġenti tiegħu waqt li jaġixxu fl-iskop ta' l-impieg tagħhom għandhom, fir-rigward tat-trasport imwettaq mit-trasportatur attwali, jitqiesu li huma wkoll dawk tat-trasportatur attwali. Madanakollu, l-ebda att jew ommissjoni m'għandu jissoġġetta lit-trasportatur attwali għal responsabbiltà li teċċedi l-ammonti msemmija fl-Artikoli 21, 22, 23 u 24. Kull ftehim speċjali li taħtu t-trasportatur kontraenti jassumi obbligi mhux imposti minn din il-Konvenzjoni jew kull twarrib tad-drittjiet jew difiżi mogħtija minn din il-Konvenzjoni jew kull dikjarazzjoni speċjali ta' interess fil-kunsinna fid-destinazzjoni kkontemplata fl-Artikolu 22 m'għandhiex taffettwa t-trasportatur attwali sakemm huwa ma jkunx qabel ma' dan.

Artikolu 42

Id-destinatarju ta' l-ilmenti u l-istruzzjonijiet

Kull ilment li għandu jsir jew istruzzjoni li għandha tingħata taħt din il-Konvenzjoni lit-trasportatur għandu jkollu l-istess effett kemm jekk indirizzat lit-trasportatur kontraenti jew lit-trasportatur attwali. Madanakollu, l-istruzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu effettivi biss jekk indirizzati lit-trasportatur kontraenti.

Artikolu 43

Servjenti u aġenti

Fir-rigward tat-trasport imwettaq mit-trasportatur attwali, kull servjent jew aġent ta' dak it-trasportatur jew tat-trasportatur kontraenti għandu, jekk jipprova li aġixxew fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-impieg tagħħom, ikunu intitolati li jivvantaw ruħhom mill-kondizzjonijiet u l-limiti tar-responsabbiltà li japplikaw taħt din il-Konvenzjoni għat-trasportatur li tiegħu huma s-servjenti jew l-aġenti, sakemm ma jiġix ippruvat illi aġixxew b'mod li jipprevjieni l-limiti tar-responsabbiltà milli jiġu invokati skond din il-Konvenzjoni.

Artikolu 44

Aggregazzjoni tad-danni

Fir-rigward tat-trasport imwettaq mit-trasportatur attwali, l-aggregat ta' l-ammonti rekuperabbli minn dak it-trasportatur u t-trasportatur kontraenti, u mis-servjenti u l-aġenti tagħhom waqt li jaġixxu fl-iskop ta' l-impieg tagħhom, m'għandux jeċċedi l-ogħla ammont li jista' jingħata kontra jew it-trasportatur kontraenti jew it-trasportatur attwali skond din il-Konvenzjoni, iżda ħadd mill-persuni msemmija m'għandu jinżamm responsabbli għal somma oltre l-limitu applikabbli għal dik il-persuna.

Artikolu 45

Id-destinatarju tal-pretensjonijiet

Fir-rigward tat-trasport imwettaq mit-trasportatur attwali, azzjoni għad-danni tista' tinġieb, skond l-għażla ta' l-attur, kontra dak it-trasportatur jew it-trasportatur kontraenti, jew kontrihom it-tnejn flimkien jew separatament. Jekk l-azzjoni tinġieb kontra wieħed mit-trasportaturi biss, dak it-trasportatur għandu d-dritt li jeħtieġ lit-trasportatur l-ieħor li jingħaqad fil-proċedimenti, il-proċedura u l-effetti rregolati mil-liġi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ.

Artikolu 46

Ġurisdizzjoni Addizzjonali

Kull azzjoni għal danni kkontemplata fl-Artikolu 45 għandha tinġieb, skond l-għażla ta' l-attur, fit-territorji ta' wieħed mill-Istati Partijiet, jew quddiem qorti li fiha tista' tinġieb azzjoni kontra t-trasportatur kontraenti, kif previst fl-Artikolu 33, jew quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-post fejn it-trasportatur attwali għandu d-domiċilju jew il-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

Artikolu 47

Invalidità tad-disposizzjonijiet kontrattwali

Kull disposizzjoni kontrattwali li tista' teħles lit-trasportatur kontraenti jew lit-trasportatur attwali mir-responsabbiltà skond dan il-Kapitolu jew tiffissa limitu aktar baxx minn dak li huwa applikabbli skond dan il-Kapitolu għandha tkun nulla u effett, iżda n-nullità ta' kull disposizzjoni ta' din ix-xorta ma tinvolvix in-nullità tal-kuntratt kollu, li għandu jibqa' soġġett għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 48

Relazzjonijiet reċiproċi tat-trasportaturi kontraenti u attwali

Ħlief kif previst fl-Artikolu 45, xejn f'dan il-Kapitolu m'għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tat-trasportaturi bejniethom, inkluż kull dritt ta' rikors jew indennizz.

KAPITOLU VI

Disposizzjonijiet oħrajn

Artikolu 49

Applikazzjoni obbligatorja

Kull klawsola li tinsab fil-kuntratt tat-trasport u kull ftehim speċjali li ġie konkluż qabel ma seħħ id-dannu li bih il-Partijiet jippremettu li jivvjolaw ir-regoli stabbiliti b' din il-Konvenzjoni, kemm billi jiddeċiedu l-liġi li għandha tiġi applikata, jew inkella billi jinbidlu r-regoli għall-ġuriżdizzjoni, għandhom ikunu nulli u mingħajr effett.

Artikolu 50

Assigurazzjoni

L-Istati Partijiet għandhom jeħtieġu lit-trasportaturi tagħhom imantnu assigurazzjoni adegwata li tkopri r-responsabbiltà tagħħom skond din il-Konvenzjoni. Trasportatur jista' jiġi meħtieġ mill-Istat Parti li jopera għal ġo fih biex jagħti prova li tmanti assigurazzjoni adegwata li tkopri r-responsabbiltà tagħħa skond din il-Konvenzjoni.

Artikolu 51

Trasport imwettaq f'Ċirkostanzi Straordinarji

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 5, 7 u 8 dwar id-dokumentazzjoni tat-trasport m' għandhomx japplikaw fil-każ ta' trasport imwettaq f'ċirkostanzi straordinarji barra mill-iskop normali tan-negozju tat-trasportatur.

Artikolu 52

Definizzjoni tal-jiem

L-espressjoni "jiem" meta użata f'din il-Konvenzjoni tfisser jiem tal-kalendarji u mhux jiem utli.

KAPITOLU VII

Klawżoli finali

Artikolu 53

Firma, ratifika u dħul fis-seħħ

1. Din il-Konvenzjoni tinfetaħ għall-firem f'Montreal fit- 28 ta' Mejju 1999 minn Stati li jipparteċipaw fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Liġi ta' l-Ajru, f'Montreal mill-10 sat-28 ta' Mejju 1999. Wara t-28 ta' Mejju 1999, il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-Istati kollha għall-firem fil-Kwartieri Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali f'Montreal sakemm tidħol fis-seħħ skond il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

2. Din il-Konvenzjoni tkun miftuħa b'mod simili għall-firem minn Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika. Għall-iskop ta' din il-Konvenzjoni, "Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika" tfisser kull organizzazzjoni kkostitwita minn Stati sovrani ta' reġjun iddeterminat li għandha l-kompetenza fir-rigward ta' xi affarijiet irregolati minn din il-Konvenzjoni u li ġiet awtorizzata kif dovut li tiffirma u tirratifika, taċċetta, tapprova jew taċċedi għal din il-Konvenzjoni. Referenza għal "Stat Parti" jew "Stati Partijiet" f'din il-Konvenzjoni, ta' xort' oħra mill-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 1, paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu 3, paragrafu (b) ta' l-Artikolu 5, l-Artikoli 23, 33, 46 u l-paragrafu (b) ta' l-Artikolu 57, tapplika ugwalment għal Organizzazzjoni Reġjunali għall-Integrazzjoni Ekonomika. Għall-iskop ta' l-Artikolu 24, ir-riferenzi għal "maġġoranza ta' l-Istati Partijiet' u "terz ta' l-Istati Partijiet' m'għandhiex tapplika għal Organizzazzjoni Reġjunali għall-Integrazzjoni Ekonomika.""

3. Din il-Konvenzjoni għandha tkun soġġetta għal ratifika minn Stati u minn Organizzazzjonijiet Reġjunali għall-Integrazzjoni Ekonomika li jkunu ffirmawha.

4. Kull Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li ma jiffirmax/tiffirmax din il-Konvenzjoni j/tista' j/taċċetta, j/tapprova jew j/taċċedi fi kwalunkwe ħin.

5. Strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati ma' l-Organizzazzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li huwa b'dan indikat bħala d-Depożitarju.

6. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara d-data tad-depożitu tat-tletin strument ta' ratifika, adeżjoni, approvazzjoni jew adeżjoni mad-Depożitarju bejn l-Istati li ddepożitaw dan l-istrument. Strument iddepożitat minn Organizzazzjoni Reġjunali għall-Integrazzjoni Ekonomika m'għandux jingħadd għall-iskop ta' dan il-paragrafu.

7. Għal Stati oħrajn u għal Organizzazzjonijiet Reġjunali għall-Integrazzjoni Ekonomika, din il-Konvenzjoni tieħu effett 60 jum wara d-data tad-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

8. Id-Depożitarju għandu minnufih javża lill-firmatarji u lill-Istati Partijiet dwar:

(a) kull firma għal din il-Konvenzjoni u d-data tagħha;

(b) kull depożitu ta' strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni u d-data tiegħu;

(c) id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni;

(d) id-data tad-dħul fis-seħħ ta' kull reviżjoni tal-limiti ta' responsabbiltà stabbiliti taħt din il-Konvenzjoni;

(e) kull denunzja skond l-Artikolu 54.

Artikolu 54

Denunzja

1. Kull Stat Parti jista' jiddenunzja lil din il-Konvenzjoni b'notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

2. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ 180 jum wara d-data li fiha n-notifika hi riċevuta mid-Depożitarju.

Artykuł 55

Relazzjoni ma' Strumenti oħrajn tal-Konvenzjoni ta' Varsavja

Din il-Konvenzjoni tipprevali fuq regoli oħrajn li applikaw għat-trasport internazzjonali bl-ajru:

1. bejn Stati Partijiet ta' din il-Konvenzjoni minħabba li dawk l-Istati huma komunement Partijiet għall-

(a) Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli dwar it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ta' Varsava");

(b) il-Protokoll għall-emenda tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli dwar it-trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, magħmul fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll ta' l-Aja);

(c) il-Konvenzjoni, Supplementari għall-Konvenzjoni ta' Varsavja, għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli dwar it-trasport Internazzjonali bl-Ajru Imwettqa minn Persuna Minbarra t-Trasportatur Kontraenti, iffirmata f'Guadalajara fit-18 ta' Settembru 1961 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni ta' Guadalajara);

(d) il-Protokoll biex Jemenda l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli dwar it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, kif Emendata mill-Protokoll magħmul fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955 iffirmat f'Guatemala City fit-8 ta' Marzu 1971 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll ta' Guatemala City);

(e) Protokolli Addizzjonali Nri 1 sa 3 u l-Protokoll ta' Montreal Nru 4 biex jemenda l-Konvenzjoni ta' Varsavja kif emendata mill-Protokoll ta' The Hague jew il-Konvenzjoni ta' Varsava kif emendata kemm mill-Protokoll ta' l-Aja u l-Protokoll ta' Guatemala City ffirmati f'Montreal fil-25 ta' Settembru 1975 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-Protokolli ta' Montreal); jew

2. fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Parti għal din il-Konvenzjoni minħabba li dak l-Istat huwa Parti għal strument wieħed jew aktar mill-istrumenti msemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) fuq.

Artikolu 56

Stati b'aktar minn sistema waħda legali

1. Jekk Stat għandu żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom jgħoddu sistemi legali differenti dwar kwistjonijiet trattati f'din il-Konvenzjoni, jista' fiż-żmien tal-firma, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jiddikjara li din il-Konvenzjoni għandha testendi għall-unitajiet territorjali kollha tiegħu jew biss għal wieħed jaw aktar minnhom, u jista' jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jissottometti dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe ħin.

2. Kull dikjarazzjoni għandha tiġi nnotifikata lid-Depożitarju u għandha tiddikjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom tapplika din il-Konvenzjoni.

3. Rigward Stat Parti li għamel din id-dikjarazzjoni:

(a) ir-riferenzi fl-Artikolu 23 għall-"munita nazzjonali" għandha tinftiehem li tirreferi għall-valuta ta' l-unità territorjali rilevanti ta' dak l-Istat; u

(b) ir-riferenza fl-Artikolu 28 għall-"liġi nazzjonali" għandha tinftiehem li tirreferi għall-liġi ta' l-unità territorjali rilevanti ta' dak l-Istat.

Artikolu 57

Riservi

Ma tista' ssir ebda riserva għal din il-Konvenzjoni ħlief li Stat Parti jista' f'kull ħin jiddikjara b'notifika indirizzata lid-Depożitarju li din il-Konvenzjoni m'għandhiex tapplika għal:

(a) trasport internazzjonali bl-ajru mwettaq u mmexxi direttament minn dak l-Istat Parti għal skopijiet mhux kummerċjali fir-rigward tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu bħala Stat sovran; u/jew

(b) it-trasport ta' persuni, merkanzija u bagalji għall-awtoritajiet militari tiegħu fuq inġenji ta' l-ajru rreġistrati fi jew mikrija minn dak l-Istat Parti, li l-kapaċità sħiħa tiegħu ġiet irriservata minn jew f'isem dawk l-awtoritajiet.

B' XHIEDA TA' DAN il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, wara li ġew awtorizzati kif dovut, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

MAGĦMUL f'Montreal fit-28 ta' Mejju tas-sena elf disa' mija u disgħa u disgħin fil-lingwa Ingliża, Għarbija, Ċiniża, Franċiża, Russa, u Spanjola, u kull test huwa ugwalment awtentiku. Din il-Konvenzjoni għandha tibqa' ddepożitata fl-arkivji ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili, u l-kopji ċċertifikati tagħha jiġu trasmessi mid-Depożitarju lill-Istati Partijiet kollha ta' din il-Konvenzjoni, kif ukoll lill-Istati Partijiet kollha tal-Konvenzjoni ta' Varsajva, il-Protokoll ta' l-Aja, il-Konvenzjoni ta' Guadalajara, il-Protokoll ta' Guatemala City u l-Protokolli ta' Montreal

--------------------------------------------------