22000D1221(16)



Official Journal L 325 , 21/12/2000 P. 0031 - 0031


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 116/1999

ta' l-24 ta' Settembru 1999

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II u XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/98 tat-18 ta' Diċembru 1998 [1].

(2) D-Direttiva tal-Kummissjoni 98/85/KE tal-11 ta' Novembru 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KEE dwar tagħmir tal-baħar [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII (Tagħmir tal-Baħar) fl-Anness II u fil-punt 56d (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

", kif emendata bi:

398 L 0085 : Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/85/KE tal-11 ta' Novembru 1998 (ĠU L 315, tal-25.11.1998, p. 14)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/85/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta' Settembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 47.

[2] ĠU L 315, tal-25.11.1998, p. 14.

--------------------------------------------------