22000D1123(15)



Official Journal L 296 , 23/11/2000 P. 0053 - 0054


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 90/1999

tal-25 ta' Ġunju 1999

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni, fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/1999 tal-15 ta' Ġunju 1999 [1].

(2) Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi l-prolungament tal-programm ta' appoġġ, inkluż it-traduzzjoni, fil-qasam tal-kotba u tal-qari ('il-programm Ariane') stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2085/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] u dik tal-programm sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet artistiċi u kulturali li għandhom dimensjoni Ewropea (il-programm "Kaleidoscope") stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 719/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3].

(3) L-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 1999,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fl-ewwel inċiż fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 399 D 0477: Id-Deċiżjoni Nru 399/477/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 (ĠU L 57, tal-5.3.1999, p. 2)."

Artikolu 2

Li ġej għandu jiġi miżjud fit-tieni inċiż fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 399 D 0476: Id-Deċiżjoni Nru 476/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 (ĠU L 57, tal-5.3.1999, p. 1)."

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 1999.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 284, tad-9.11.2000.

[2] ĠU L 291, ta' l-24.10.1997, p. 26. Deċision kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 476/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 57, tal-5.3.1999, p. 1).

[3] ĠU L 99, ta' l-20.4.1996, p. 20. Deċision kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 477/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 57, tal-5.3.1999, p. 2).

--------------------------------------------------