22000D1109(20)



Official Journal L 284 , 09/11/2000 P. 0049 - 0050


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 65/1999

tat-28 ta' Mejju 1999

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 [1].

(2) d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/751/KE tal-31 ta' Ottubru 1997 dwar regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' tqabbid għal apparat terminali ta' interface għal konnessjoni ma' linji mikrija 140 Mbit/s diġitali mhux strutturati u strutturati [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4zg. (Id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"4zh. 397 D 0751: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/751/KE tal-31 ta' Ottubru 1997 dwar regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' tqabbid għal apparat terminali ma' interface għal tqabbid ma' linji mikrija 140 Mbit/s diġitali mhux strutturati u strutturati (ĠU L 305, tat-8.11.1997, p. 66)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/751/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Mejju 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 266, tad-19.10.2000.

[2] ĠU L 305, tat-8.11.1997, p. 66.

--------------------------------------------------