22000D1019(07)



Official Journal L 266 , 19/10/2000 P. 0020 - 0021


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 34/1999

tas-26 ta' Marzu 1999

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness VI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/98 ta' l-4 ta' Lulju 1998 [1];

(2) d-Deċiżjoni Nru 166 tat-2 ta' Ottubru 1997 dwar l-emendar tal-formoli E 106 u E 109 [2] Billi d-Deċiżjoni Nru 168 tal-11 ta' Ġunju 1998 dwar l-emenda għall-formoli E 121 u E 127 u t-twaqqif mill-użu tal-formola E 122 [3] u d-Deċiżjoni Nru 169 tal-11 ta' Ġunju 1998 dwar il-metodu ta' operazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar ta' Data tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom [4] għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim;

(3) l-modalitajiet għall-parteċipazzjoni ta' l-Istati ta' l-EFTA fil-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom stabbilita fl-Anness VI għall-Ftehim għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-parteċipazzjoni ta' l-Istati ta' l-EFTA fil-Kummissjoni Teknika mehmuża mal-Kummissjoni Amministrattiva,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 3.39 (Deċiżjoni Nru 153) fl-Anness VI għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 398 D 0441: Id-Deċiżjoni Nru 166 tat-2 ta' Ottubru 1997 (E 106, E 109) (ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 25),

- 398 D 0443: Id-Deċiżjoni Nru 168 tal-11 ta' Ġunju 1998 (E 121, E 122, E 127) (ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 37)."

Artikolu 2

L-Anness VI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 3.49 (Deċiżjoni Nru 165):

"3.50 398 D 0444: Id-Deċiżjoni Nru 169 tal-11 ta' Ġunju 1998 dwar il-metodi ta' operazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika dwar l-Ipproċessar ta' Data tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom (ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 46)."

2. L-intestatura, li tinkludi d-dispożizzjoni, wara l-punt 5.7 (Dikjarazzjoni magħmula mir-Repubblika Franċiża) għandha tiġi mibdula b'li ġej:

""MODALITAJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TA" L-ISTATI TA' L-EFTA FIL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦAL ĦADDIEMA LI JMORRU JAĦDMU BARRA MINN PAJJIŻHOM U FIL-BORD TAL-VERIFIKA U FIL-KUMMISSJONI TEKNIKA, IT-TNEJN MEHMUŻIN MA' DIN IL-KUMMISSJONI, BI QBIL MA' L-ARTIKOLU 101(1) TAL-FTEHIM

L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed, preżenti bħala konsulent (osservatur), għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom mehmużin mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għal-laqgħat tal-Bord tal-Verifika u tal-Kummissjoni teknika, it-tnejn mehmużin mal-Kummissjoni Amministrattiva msemmija."

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 166, Deċiżjoni Nru 168 u Deċiżjoni Nru 169 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Marzu 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 123, tat-13.5.1999, p. 44.

[2] ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 25.

[3] ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 37.

[4] ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 46.

--------------------------------------------------