Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0076 - 0076
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/98 tas-27 ta' Novembru 1998 [1]. (2) ir-Risoluzzjoni tal-Kunsill 1999/K 222/01 tad-19 ta' Lulju 1999 dwar is-sitwazzjoni ta' dewmien fit-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 90 (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim: "91. 399 Y 0804(01): Ir-Risoluzzjoni tal-Kunsill 1999/K 222/01 tad-19 ta' Lulju 1999 dwar is-sitwazzjoni ta' dewmien fit-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa (ĠU C 222, ta' l-4.8.1999, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 1999/K 222/01 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President F. Barbaso [1] ĠU L 277, tat-28.10.1999, p. 49. [2] ĠU C 222, ta' l-4.8.1999, p. 1. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------