22000D0921(10)



Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0073 - 0073


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 57/2000

tat-28 ta' Ġunju 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2000 tad-19 ta' Mejju 2000 [1].

(2) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2385/1999 ta' l-10 ta' Novembru 1999 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2393/1999 tal-11 ta' Novembru 1999 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) fil-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 399 R 2385: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2385/1999 ta' l-10 ta' Novembru 1999 (ĠU L 288, tal-11.11.1999, p. 14),

- 399 R 2393: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2393/1999 tal-11 ta' Novembru 1999 (ĠU L 290, tat-12.11.1999, p. 5)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2385/1999 u (KE) 2393/1999 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 51.

[2] ĠU L 288, tal-11.11.1999, p. 14.

[3] ĠU L 290, tat-12.11.1999, p. 5.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjoanli indikati.

--------------------------------------------------