22000D0713(07)



Official Journal L 174 , 13/07/2000 P. 0059 - 0063


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 47/2000

tat-22 ta' Mejju 2000

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86, 87, 98 u 115 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2000 tad-19 ta' Mejju 2000 [1].

(2) Huwa xieraq illi tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tappoġġja, għal perjodu ta' ħames snin, miżuri bil-għan illi jitnaqqsu id-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjunijiet bil-ħsieb illi jkun promoss tisħiħ kontimwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet ta' kummerċ u ekonomiċi bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3) Il-Partijiet Kontraenti qablu dwar kontribut ta' l-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA fuq il-perjodu 1999-2003 lejn l-għanijiet imsemmija qabel.

(4) Strument ġdid huwa meħtieġ għal din il-kooprazzjoni sabiex jittieħed kont tal-bidliet li saru min-negozjati tal-Parti VIII tal-Ftehim. L-istrument għandu jkun separat minn, imma ikkoordinat bl-azzjoni tal-Komunità lejn l-istess għanijiet u impliment fuq il-bażi ta' l-Artikolu 82(1)(ċ) tal-Ftehim.

(5) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2003,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud fil-Protokoll 31 għall-Ftehim wara l-Artikolu 18 (Skambju bejn l-amministrazzjonijiet ta' uffiċjali nazzjonali):

"L-Artikolu 19

It-tnaqqis ta' differenzi ekonomiċi u soċjali

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-ŻEE permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA. Għal dak il-għan, Strument Finanzjarju għandu jiġi stabbilit għall-perjodu 1999-2003.

2. Permezz ta' l-Artikolu 82(1)(ċ) tal-Ftehim, u soġġett għall-modalitajiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 għal dan il-Protokoll, l-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu l-ammont ta' EUR 119,6 miljun għall-kooperazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 hawn fuq. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi magħmula disponibbli għall-impenn f'ħames ammonti annwali ta' l-istess kwantità."

Artikolu 2

It-test mehmuż bħala l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiġi miżjud mall-Protokoll bħala Appendiċi 4.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta' Mejju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [2].

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 58.

[2] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2000

"

APPENDIĊI 4

STRUMENT FINANZJARJU TAŻ-ŻEE

Modalitajiet ta' l-implimentazzjoni

1. Definizzjonijiet

F'li ġej:

1. Stat Benefiċjarju huwa Stat illi jirċievi fondi mill-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA skond id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2000 tat-22 ta' Mejju 2000. L-Istat Benefiċjarju huwa rrappreżentat minn awtorità li għandha tiġi nominata, inkarigata mill-amministrazzjoni tal-fondi taż-ŻEE ta' l-EFTA fil-pajjiż u milli tidħol f'kuntratti dwar proġetti mal-Kumitat. Ir-responsabbilità finanzjarja lejn l-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA hija ta' l-Istat Benefiċjarju.

2. Il-Promotur tal-Proġett huwa l-korp li jistabbilixxi l-proġett. L-għotjiet għandhom jitħallsu lill-Promotur tal-Proġett via l-Istat Benefiċjarju.

3. Il-Kumitat huwa l-korp stabbilit mill-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA sabiex iwattaq il-funzjonijiet deskritti fil-punt 7.

4. L-Aġent ta' Kontroll huwa korp indipendenti li, fuq il-bażi ta' ftehim ma' l-Istat Benefiċjarju, jikkontrolla l-progress tal-proġett u r-rapporti lill-Istat Benefiċjarju u lill-Kumitat. L-Aġent ta' Kontroll huwa appuntat mill-Istat Benefiċjarju fuq il-bażi ta' proposta jew stima jew ftehim tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB) u bil-kunsens tal-Kumitat.

2. L-Istati Benefiċjarji

L-Istati Benefiċjarji u l-ishma tal-fondi għandhom ikunu bħal fit-tabella hawn taħt:

EUR |

Pajjiż | 1999 | 2000-2003 | Total |

Spanja | 10859680 | 59321600 | 70181280 |

Il-Portugall | 5023200 | 16265600 | 21288800 |

Il-Greċja | 5812560 | 16265600 | 22078160 |

L-Irlanda | 1698320 | 3827200 | 5525520 |

Ir-Renju Unit (L-Irlanda ta' Fuq) | 526240 | 0 | 526240 |

Total | 23920000 | 95680000 | 119600000 |

3. Forma ta' għajnuna

L-għajnuna għandha tkun kollha kemm hi f'forma ta' għotjiet. Stat Benefiċjarju jista', madankollu, jippreżenta proposti lill-Kumitat li juża partijiet mis-sehem tiegħu għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż ta' l-imgħax tal-proġetti li huma finanzjati l-aktar permezz ta' self. Kwalunkwe appoġġ bħal dan għandu wkoll jingħata f'forma ta' għotjiet.

Il-kontribuzzjoni taż-ŻEE ta' l-EFTA ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-ispiża tal-proġett, għajr fi proġetti iffininzjati mod ieħor minn allokazzjonijiet baġitarji tal-gvern lokali, reġjonali jew ċentrali, fejn il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-85 % ta' l-ispiża totali. Il-limiti tal-Komunità għall-finanzjament konġunt tal-Komunità ma għandhomx jinqabżu fi kwalunkwe każ.

Ir-responsabbilità ta' l-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA għall-proġetti hija limitata għall-forniment tal-fondi skond il-pjan miftihem, sakemm ir-rapporti ta' kontroll jikkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun bi qbil mal-proġett propost.

4. Attivitajiet eliġibbli

Il-fondi għandhom ikunu disponibbli għal proġetti fl-oqsma ta' l-ambjent, li jinkludu tiġdid urban, tnaqqis tat-tniġġis urban u l-ħarsien tal-wirt kulturali Ewropew, it-trasport, inkluża l-infrastruttura, u l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluża r-riċerka akkademika. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi jimmiraw illi jallokaw mill-anqas 2/3 ta' l-ammont totali għal proġetti fil-qasam ta' l-ambjent, kif definit hawn fuq.

5. Proġetti

L-ammont totali ta' EUR 119,6 miljun għandu jkun magħmul disponnibbli għall-impenn b'ritmu ta' 20 % kull sena mibdi b'mod kumulattiv sa mill-1999. Partijiet differenti ta' proġetti kbar jistgħu jiġu preżentati b'mod separat għall-finanzjament u l-Kumitat għandu jikkonsidra kull proposta għal proġett fuq il-merti tagħha waħidha.

6. Ħtiġiet għall-kontroll

Pjan ta' kontroll huwa stabbilit għal kull proġett flimkien mal-pjan u l-iskeda tal-proġett, il-baġit u l-iskeda tal-ħlas. Għandu jidentifika il-punti kruċjali fil-proġett. L-Aġent ta' Kontroll jirraporta l-istadji important tal-proġett, bi qbil mal-pjan stabbilit, normalment mill-anqas darba fis-sena, lill-Istat Benefiċjarju u lill-Kumitat, u jagħti, inter alia, l-informazzjoni li ġejja:

- Is-sodisfazzjon tal-ħtiġiet formali fir-rigward ta' sejħat għall-offerti u ksib ta' permessi u ċertifikazzjonijiet.

- Progress tal-proġett imqabbel mal-pjan oriġinali.

- Devjazzjonijiet, jekk preżenti, fir-rigward ta', inter alia, baġits, skedi ta' ħlas, kuntratti, implimentazzjoni fiżika, data ta' tlestija. Riperkussjonijiet għall-għan tal-proġett, benefiċċji mistennija u ż-mien ta' tlestija. Miżuri meħuda sabiex jitnaqqsu l-konsekwenzi tad-devjazzjonijiet, meta xieraq.

- Kontijiet tal-proġett.

- Jekk il-mixi tal-proġett jilħaqx il-ħtiġiet għall-ħlas tal-pagament li jmiss.

Jekk ir-rapport ma jkunx jaqbel mal-pjan miftihem, il-Kumitat jista' jitlob lill-Istat Benefiċjarju għal aktar informazzjoni. Mistoqsijiet limitat għall-kjarifikazzjoni u talbiet għal informazzjoni li hija nieqsa fir-rapport jistgħu jiġu indirizzati lill-Aġent tal-Kontroll, bl-Istat Benefiċjarju jinżamm informat kif xieraq. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi illi ma jawtorizzax aktar ħlas sakemm ir-rapport isir jaqbel mal-ftehim. L-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA jistgħu jivverifikaw proġetti kif speċifikat fil-punt 10(13).

7. Tfassil ta' l-organizzazzjoni

L-Istati ta' l-EFTA għandhom jistabbilixxu Kumitat li għandu:

- Japprova l-proġetti għall-fondi.

- Japprova l-pjan ta' kontroll u ta' ħlas għal kull proġett.

- Jissorvelja t-tħaddim totali ta' l-għajnuna, l-aktar fuq il-bażi tar-rapporti ta' kontroll.

- Jawtorizza ħlas lill-benefiċjarji skond il-pjan ta' ħlas, fuq il-bażi tar-rapporti ta' kontroll.

L-EIB għanu:

- Jivvaluta l-proġetti proposti u jirraporta lill-Istat Benefiċjarju.

- Jipproponi, jew jistma u jaqbel ma', Aġenti ta' Kontroll fl-Istati Benefiċjarji, sabiex jiġu approvati mill-Kumitat u mill-Istat Benefiċjarju.

L-Istati Benefiċjarji għandhom:

- Jirċievu u jiffirmaw il-proġetti li sejrin jiġu finanzjati.

- Jippreżentaw il-proġetti lill-EIB għall-valutazzjoni u, sussegwentament, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat, bil-valutazzjoni tal-EIB.

Il-Kummissjoni għandha:

Jifli l-proġetti proposti għall-kompatibilità tagħhom ma' l-għanijiet tal-Komunità u, l-aktar, ir-regoli ta' finanzjament konġunt. F'dan ta' qabel l-iskrutiju tal-kontribuzzjonijiet taż-ŻEE ta' l-EFTA għandhom jiġu assimilati għall-finanzjament tal-Komunità.

L-Aġenti ta' Kontroll għandhom:

- Jikkontrollaw il-proġetti skond pjan ta' rapportar anness għall-pjan tal-proġett approvat.

- Rapport għall-Istat Benefiċjarju u għall-Kumitat.

8. Regim tal-Lingwi

Il-lingwi uffiċjali tal-Ftehim taż-ŻEE jistgħu jintużaw. Id-dokumenti sottomessi lill-Kumitat għandhom jiġu provduti mill-Istat Benefiċjarju/Promotur tal-Proġett fi traduzzjoni bl-Ingliż.

9. Arranġamenti finanzjarji

L-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA għandhom iżidu dispożizzjoni għall-valutazzjoni u l-kontroll ta' 0,5 % għal kull ħlas lill-Istati Benefiċjarji, fuq l-ammont li għandu jittieħed mill-fond miftihem ta' EUR 119,6 miljun. Il-partijiet għandhom iħallsu l-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

L-EIB, li jagħmilha ta' konsulent għall-Promotur tal-Proġett/l-Istati Benefiċjarji, għandu jitlob dritt għall-prinċipali tiegħu għas-servizzi.

L-Istati taż-ŻEE ta' l-EFTA għandhom jimplimentaw amministrazzjoni finanzjarja xierqa. Ħlasijiet lill-Istati Benefiċjarji għandhom isiru fuq il-bażi ta' l-ordni tal-Kumitat, li għandha tiżgura twettiq fil-ħin. L-interess miġbur fuq il-fondi qabel il-ħlas lil benefiċjarji huwa ta min jipprovdi l-fondi.

10. Deskrizzjoni qasira tal-proċess

1. Il-Promotur tal-Proġett jipproponi deskrizzjoni tal-proġett lill-Istat Benefiċjarju.

2. L-Istat Benefiċjarju jipproponi deskrizzjoni tal-proġett lill-Kummissjoni u lill-Kumitat f'konsulatzzjoni ta' qabel sabiex tiġi validata l-ideja.

3. Fil-każ ta' riżultat pożittiv fil-konsulatzzjoni ta' qabel, il-Promotur tal-Proġett jitlob lill-EIB sabiex jivvaluta l-proġett. Il-valutazzjoni għandha tkopri aspetti tekniċi, ekonomiċi, fianzjarji u amministrattivi tal-proposta.

4. Il-Promotur tal-Proġett jissottometti il-pjan tal-proġett, inkluż il-baġit, l-iskeda, il-pjan tal-ħlas, il-pjan ta' kontroll u r-rapport ta' valutazzjoni ta' l-EIB, lill-Istat Benefiċjarju.

5. L-Istat Benefiċjarju jissottometti il-proġett bid-dokumenti msemmija f'(4) lill-Kummissjoni għall-permess dwar l-eliġibilità.

6. L-Istat Benefiċjarju jissottometti il-proġett bid-dokumenti msemmija f'(4) lill-Kummissjoni għall-permess dwar l-eliġibilità.

7. Il-Kumitat jista' jitlob għal informazzjoni supplimentari jew jipproponi reviżjoni tal-pjan tal-proġett, l-aktar għall-pjan tal-kontroll/ħlas. Il-Kumitat japprova il-proġett (rivedut) jew jagħti raġuni għar-rifjut. Jekk approvat, ittra ta' impenn li tispeċifika l-kondizzjonijiet relevanti tintbagħat lill-Istat Benefiċjarju.

8. Jiġi ffirmat kuntratt bejn l-Aġent tal-Kontroll u l-Istat Benefiċjarju, ibbażat fuq il-pjan ta' kontroll.

9. Jiġi ffirmat kuntratt bejn il-Promotur tal-Proġett u l-Istat Benefiċjarju, u jiġi ffirmat ftehim għall-għotja bejn l-Istat Benefiċjarju u l-Kumitat.

10. L-ewwel pagament ta' 10 % jitħallas lill-Istat Benefiċjarju mal-firma tal-Promotur tal-Proġett tal-kuntratt mal-kuntrattur. Pagamenti ta' wara isiru skond il-pjan ta' ħlas fuq bażi pro rata li jirrifflettu l-implimentazzjoni vera tal-proġett wara rapport ta' kontroll sodisfaċenti u approvazzjoni mill-Kumitat.

11. Il-Promotur tal-Proġett iwettaq il-proġett u l-Aġent ta' Kontroll jirrapporta lill-Istat Benefiċjarju u lill-Kumitat.

12. Jekk il-pagamenti ma jseħħux skond il-pjan, jistgħu isiru konsulatzzjonijiet bejn l-Istat Benefiċjarju u l-Kumitat.

13. Jekk il-Kumitat jew il-Bord ta' l-Awdituri ta' l-EFTA jixtiequ jiksbu informazzjoni aktar minn dik li hemm provdut għaliha fil-pjan ta' kontroll, jistgħu jagħmlu il-verifika tagħhom jew jikru, a spejjeż tagħhom, awditur estern sabiex jivverifika l-proġett. L-Istat Benefiċjarju jista' jakkumpanja lill-awditur. Il-Promotur tal-Proġett u kwalunkwe entità oħra li tamministra l-proġett f'ismu għandha tagħti lill-awditur l-istess aċċess għall-informazzjoni li kieku tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri tagħhom stess, kif xieraq.

14. Meta jinħtieġ hekk mill-pjan ta' kontroll, l-Aġent ta' Kontroll għandu jipproduċi rapport ta' tlestija tal-proġett jew rapport ta' evalwazzjoni.

11. Rimarki ta' l-egħluq

Għajr meta mitlub minn ċirkostanzi li nbidlu, l-operazzjoni ta' l-Istrument Finanzjarju għandha titmexxa fuq l-istess linji ta' dawk li timxi fuqhom l-amministrazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju li jinħareġ. Dokumenti supplimentari jistgħu jiġu stabbliti kif xieraq.

"

--------------------------------------------------