22000D0713(01)



Official Journal L 174 , 13/07/2000 P. 0051 - 0052


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 41/2000

tad-19 ta' Mejju 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 [1].

(2) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1931/1999 tad-9 ta' Settembru 1999 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) l-addattament għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali għandu jiġi mħassar wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea [3],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Punt 14 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) fil-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

"- 399 R 1931: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1931/1999 tad-9 ta' Settembru 1999 (ĠU L 240, ta' l-10.9.1999, p. 3).".

2. L-estensjoni dwar il-perjodu ta' transizzjoni għall-Awstrija għandha tiġi mħassra.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1931/1999 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Mejju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 141, tat-15.6.2000, p. 49.

[2] ĠU L 240, ta' l-10.9.1999, p. 3.

[3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------