22000D0615(01)



Official Journal L 141 , 15/06/2000 P. 0044 - 0045


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 25/2000

tal-31 ta' Marzu 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2000 tat-28 ta' Jannar 2000 [1];

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerejali, u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix rispettivament [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

(3) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerejali, affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix rispettivament [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 399 L 0065: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 40),

- 399 L 0071: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 (ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 36)."

2. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 399 L 0071: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999(ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 36)."

3. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 399 L 0065: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 40),

- 399 L 0071: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 (ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 36)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/65/KE u 1999/71/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103 [4] tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 40.

[3] ĠU L 194, tat-27.7.1999, p. 36.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------