22000D0024



Official Journal L 103 , 12/04/2001 P. 0051 - 0052


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 24/2000

tal-25 ta' Frar 2000

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1];

(2) Huwa xieraq illi tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar il-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea ta' politika u azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u żvilupp sostenibbli "Lejn sostenibilità" [2],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-ewwel inċiż fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

"- 398 D 2179: Id-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar ir-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea tal-politika u azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u żvilupp sostenibbli "Lejn sostenibbilità" (ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Frar 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Frar 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 74 , tal-15.3.2001.

[2] ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------