22000D0003



Official Journal L 103 , 12/04/2001 P. 0005 - 0006


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 3/2000

ta' l-4 ta' Frar 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/98 tal-25 ta' Settembru 1998 [1];

(2) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [2];

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 dwar apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr [3] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim;

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE għandha l-għan illi ttejjeb is-sigurtà fir-rigward ta' apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr u li tiżgura il-moviment liberu ta' apparat u hija għalhekk għandha tiġi nkorporata kemm fl-Anness II kif ukoll fl-Anness XIII għal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6b (Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu VIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"6b. 399 L 0036: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 (ĠU L 138, tat-8.7.1997, p. 20)."

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 17e (Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"17f. 399 L 0036: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 (ĠU L 138, tat-8.7.1997, p. 20)."

Artikolu 3

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42b (Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"42c. 399 L 0036: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 (ĠU L 138, tat-8.7.1997, p. 20)."

Artikolu 4

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Frar 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Frar 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 52.

[2] ĠU L 61, ta' l-1.3.2001.

[3] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 20.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------