22000A1128(01)



Official Journal L 299 , 28/11/2000 P. 0015 - 0021


Ftehim

fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknologija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (minn hawn ’il quddiem "il-Komunità"),

mill-parti l-waħda, u

IL-GVERN TAL-FEDERAZZJONI RUSSA,

mill-parti l-oħra,

minn hawn ’il quddiem msejħa l-"Partijiet,"

Wara li kkunsidraw l-importanza tax-xjenza u t-teknologija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom,

Wara li rrikonoxxew li l-Komunità u l-Federazzjoni Russa qegħdin isegwu attivitajiet ta' riċerka u teknoloġija f'numru ta' oqsma ta' interess komuni, u li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' xulxin fuq bażi ta' reċiproċità ser jipprovdi benefiċċji reċiproċi,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom mill-parti l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, mill-parti l-oħra, iffirmat fit-24 ta' Ġunju 1994, u b'mod partikolari l-Artikolu 62 tiegħu,

XEWQANA li jwaqqfu bażi formali għal kooperazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġika li għandha testendi u ssaħħaħ it-tmexxija ta' attivitajiet ta' kooperazjoni f'oqsma ta' interess komuni u li jinkoraġġixxu l-applikazzjoni tar-riżultati ta' din il-kooperazzjoni għal-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-Partijiet,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw attivitajiet ta' kooperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni fejn ikunu qed isegwu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fix-xjenza u t-teknologija.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim

(a) "Attività ta' kooperazzjoni" tfisser kull attività li l-Partijiet jidħlu għaliha jew jappoġġjaw skond dan il-Ftehim u tinkludi riċerka konġunta.

(b) "Informazzjoni" tfisser data xjentifiċi jew teknoloġiċi, riżultati jew metodi ta' riċerka li jirriżultaw minn riċerka konġunta jew data oħra relatati ma' attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(ċ) "Proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjeta' Intellettwali magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967;

(d) "Riċerka Konġunta" tfisser riċerka implementata b'appoġġ finanzjarju minn wieħed jew iż-żewġ Partijiet u li tinvolvi kollaborazzjoni minn parteċipanti sew mill-Komunit kif ukoll mill-Federazzjoni Russa;

(e) "Parteċipant" ifisser kull persuna, entità legali, università, istitut ta' riċerka jew kull korp ieħor, li jipparteċipa f'attività ta' kooperazzjoni, inkluż, fejn opportun, Aġenziji u korpi uffiċjali tal-Partijiet infushom.

Artikolu 3

Prinċipji

Attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom jitmexxew fuq il-bażi ta' dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a) benefiċċju reċiproku;

(b) Bdil tempestiv ta' informazzjoni li tista' taffetwa attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(ċ) Attwazzjoni bilanċjata ta' benefiċċji ekonomiċi u soċjali mill-Komunità u l-Federazzjoni Russa minħabba il-kontribuzzjoni magħmula għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni mill-parteċipanti rispettivi u/jew il-Partijiet.

Artikolu 4

Oqsma ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni

(a) il-kooperazzjoni tista' tiġi segwita fir-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni, inkluż riċerka bażika f'dawn li ġejjin:

- riċerka fuq l-ambjent u l-klima, inkluż l-osservazzjoni tad-dinja,

- riċerka biomedika u tas-saħħa,

- riċerka fuq l-agrikoltura, is-selvikoltura u s-sajd,

- teknoloġiji industrijali u tal-produzzjoni,

- riċerka fuq il-materjali u metroloġija,

- enerġija mhux nuklejari,

- Trasport,

- teknoloġiji tas-soċjet tal-informazzjoni,

- riċerka fuq xjenzi soċjali,

- Politika tax-xjenza u t-teknoloġija,

- taħriġ u mobilità ta' xjenzati.

(b) Oqsma oħra jistgħu jiżdiedu ma' din il-lista wara reviżjoni u rakkomandazzjoni mill-Kumitat Konġunt-Kumitat Russu msemmi fl-Artikolu 6, skond il-proċeduri fis-seħħ ta' kull Parti.

Artikolu 5

Forom ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni

(a) Il-kooperazzjoni tista' tinkludi dawn l-attivitajiet li ġejjin:

1. parteċipazzjoni ta' entitajiet Russi fi proġetti tal-Komunità, f'oqsma ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni, u parteċipazzjoni reċiproka ta' entitajiet mwaqqfa fil-Komunità fi proġetti Russi f'dawk l-oqsma. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun soġġetta għall-liġijiet, regoli u proċeduri fis-seħħ għal kull Parti. Proġetti jistgħu jinkludu wkoll organizzazzjonijiet xjentifiċi jew teknoloġiċi ta' Parti; jistgħu jsiru wkoll proġetti b'kooperazzjoni ma' l-Agenziji u l-korpi uffiċjali tal-Partijiet;

2. aċċess liberu għall-, u użu in komuni ta' faċilitajiet għar-riċerka, inkluż installazjonijiet u siti għall-monitoraġġ, osservazzjoni u sperimentazzjoni, kif ukoll kollezzjonijiet ta' data, rilevanti għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni;

3. mawriet u bdil ta' xjenzati, inġiniera u persunal ieħor xieraq, għall-finijiet ta' parteċipazzjoni f' seminars, symposia u workshops rilevanti għal kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

4. bdil ta' informazzjoni fuq prattiċi, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

5. attivitajiet oħra kif jistgħu jiġu mifthiema bi qbil bejn il-Partijiet skond il-politika applikabbli u programmi tal-Partijiet.

(b) Proġetti ta' riċerka konġunta għandhom jipproċedu taħt dan il-Ftehim biss wara li l-parteċipanti fi proġett ikunu kkonkludew pjan konġunt ta' ġestjoni tat-teknoloġija, kif indikat fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim li jifforma parti integrali minnu.

(ċ) Il-Partijiet jistgħu issegwu konġuntament attivitajiet ta' kooperazzjoni ma' terzi.

Artikolu 6

Koordinazzjoni u faċilizzazzjoni ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni

(a) Bil-għan li jiġu koordinati u faċilitati attivitajiet ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt Komunità-Russja fuq il-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, minn hawn 'il quddiem msejjaħ il-Kumitat.

(b) Il-funzjoni tal-Kumitat għandha tinkludi:

1. superviżjoni u promozzjoni ta' dawk l-attivitajiet maħsuba taħt il-Ftehim;

2. il-ħolqien ta' rakkomandazzjonijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(b);

3. il-proposti ta' attivitajiet bis-saħħa ta' l-artikolu 5(a)(5);

4. l-għoti ta' pariri lill-Partijiet fuq modi kif titkattar il-kooperazzjoni b'mod konsistenti mal-prinċipji mniżżlin f'dan il-Ftehim;

5. ta' kull sena jipprovdi rapport fuq il-pożizzjoni u l-effettività tal-kooperazzjoni magħmula taħt dan il-Ftehim;

6. reviżjoni ta' l-effiċjenza u l-funzjonament effettiv tal-Ftehim;

7. iqis l-importanza ta' l-aspetti reġjonali tal-kooperazzjoni.

(ċ) Il-Kumitat għandu jiltaqa' darba fis-sena, il-laqgħat jinżammu alternativament fil-Komunità u fil-Federazzjoni Russja. Laqgħat straordinarji jistgħu jinżammu kif mifthiem bi qbil bejn iż-żewġ naħat.

(d) Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn numru limitat u ugwali ta' rappresentanti uffiċjali ta' kull Parti; għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Partijiet. Deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jintlaħqu b'kunsens. Minuti, li jinkludu rekord tad-deċiżjonijiet u l-punti prinċipali diskussi, għandhom jittieħdu f'kull laqgħa u għandhom jiġu miftiehma minn dawk il-persuni li jkunu magħżula minn kull naħa biex flimkien imexxu l-laqgħa. Ir-rapport annwali tal-Kumitat għandu jsir disponibbli lill-Kunsill għall-Kooperazzjoni u lill-Kumitat għall-Kooperazzjoni stabbiliti taħt is-Sħubija UE-Russja u l-Ftehim ta' Kooperazjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta' kull Parti.

Artikolu 7

Fondi u eżenzjonijiet mit-taxxi

(a) Attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu bla ħsara għad-disponibbilità ta' fondi u l-liġijiet u r-regolamenti applikabli, politika u programmi tal-Komunità u l-Federazzjoni Russa. Bħala regola, kull Parti għanda tħallas l-ispejjeż biex tattwa r-responsabilitajiet tagħha taħt dan il-Ftehim, inkluż l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni għall-Laqgħat tal-Kumitat.

(b) Meta skemi ta' kooperazzjoni speċifiċi ta' Parti waħda jipprovdu għall-assistenza finanzjarja lil parteċipanti mill-Parti l-oħra, kull għotja simili, kontribuzzjoni finanzjarja jew ta' tip ieħor minn Parti l-waħda lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra b'appoġġ għal dawk l-attivitajiet għandha tingħata preferenzi ta' taxxa u dazji skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għal kull Parti.

Artikolu 8

Dħul ta' ħaddiema u tagħmir

Kull Parti għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli u tagħmel l-aħjar sforzi tagħha, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, biex tiffaċilita d-dħul fi, il-permanenza fi, u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta' persuni, materjal, data u tagħmir involuti fi jew uzati f'attivitajiet ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Informazzjoni u proprjetà intellettwali

It-tixrid u l-utilizzazzjoni ta' informazzjoni, u l-ġestjoni, l-allokazzjoni u l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' proprjeta' intellettwali, rizultanti minn riċerka konġunta taħt dan il-Ftehim, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 2 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Ftehim ieħor u dispożizzjonijiet transitorji

1. Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal kull Ftehim jew arranġament ieħor eżistenti bejn il-Partijiet jew kull Ftehim jew arranġament bejn il-Partijiet u terzi persuni.

2. Il-Partijiet għandhom jipprovaw li jpoġġu taħt il-kondizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dawk l-arranġamenti eżistenti għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità u l-Federazzjoni Russa li jaqgħu taħt l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat, li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Federazzjoni Russa. Dan m'għandux jipprevjeni l-attwazzjoni ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni fuq l-ibħra, fl-ispazu, jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, skond il-liġijiet internazzjonali.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ, terminazzjoni, arranġament ta' tilwim

(a) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu ntemmu.

(b) Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2002 u jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin.

(ċ) Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat f'kwalunkwe żmien minn kull waħda mill-Partijiet permezz ta' notifikazzjoni bil-miktub ta' sitt xhur. L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim m'għandux jaffetwa l-validità jew id-durata ta' kull ftehim magħmul taħtu, jew id-drittijiet u l-obbligi speċifiċi li jkunu nġabru skond l-Annessi.

(d) Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi fehim bejn il-Parijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji biex jiġi emendat dan il-Ftehim ikunu ntemmu.

(e) Kull tilwim konness ma' l-interpretazzjoni jew l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi solvut bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim huwa magħmul f'duplikat bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Germaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Russa, Spanjola u Svediża, kull wieħed minn dawn it-testi ikunu ugwalment awtentiku.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el dieciséis de noviembre del año dos mil.Udfærdiget i Bruxelles den sekstende november to tusind.Geschehen zu Brüssel am sechzehnten November zweitausend.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα έξι Νοεμβρίου δύο χιλιάδες.Done at Brussels on the sixteenth day of November in the year two thousand.Fait à Bruxelles, le seize novembre deux mille.Fatto a Bruxelles, addì sedici novembre duemila.Gedaan te Brussel, de zestiende november tweeduizend.Feito em Bruxelas, em dezasseis de Novembro de dois mil.Tehty Brysselissä kuudentenatoista päivänä marraskuuta vuonna kaksituhatta.Som skedde i Bryssel den sextonde november tjugohundra.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad EuropeaPå Det Europæiske Fællesskabs vegneFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la Federación de RusiaPå vegne af regeringen for Den Russiske FøderationFür die Regierung der Russischen FöderationΓια την Κυβέρνηση της Ρωσικής ΟμοσπονδίαςFor the Government of the Russian FederationPour le gouvernement de la Fédération de RussiePer il governo della Federazione russaVoor de regering van de Russische FederatiePelo Governo da Federação da RússiaVenäjän federaation hallituksen puolestaPå Ryska federationens regerings vägnar

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

ASPETTI INDIKATTIVI TA' PJAN TA' ĠESTJONI TAT-TEKNOLOĠIJA

Il-Pjan tal-Ġestjoni tat-Teknoloġija (PĠT) huwa ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-parteċipanti dwar l-implementazzjoni ta' riċerka konġunta u d-drittijiet u obbligi rispettivi tal-partecipanti.

Fir-rigward tal-propjetà intelletwali, il-PĠT normalment jindirizza, fost affarijiet oħra, il-proprjetà, protezzjoni, drittijiet ta' l-utenti għal skopijiet ta' riċerka u żvilupp, sfruttament u tixrid, inkluż arranġamenti għal pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u obbligi ta' riċerkaturi li jkunu fuq mawra u proċeduri għall-irranġar tat-tilwim. Il-PĠT jista' indirizza wkoll informazzjoni ta' quddiem u informazzjoni ta' l-isfond, liċenzjar u ħwejjeġ li jistgħu jingħataw.

Il-PĠT għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu l-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontribut finanzjarju jew ta' natura oħra relattivi tal-Partijiet jew il-parteċipanti, il-vantaġġi jew żvantaġġi tal-liċenzjar skond it-territorju jew l-oqsma ta' l-użu, it-trasferiment ta' data, oġġetti jew servizzi li l-esportazzjoni tagħhom hija kontrollata, ħtiġiet imposti mil-liġijiet applikabbli u fatturi oħra meqjusa bħala xierqa mill-parteċipanti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 2

DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 9, tal-Ftehim presenti, drittijiet għal informazzjoni u proprjeta' intellettwali maħluqa jew provduta taħt il-Ftehim għandhom jiġu allokati kif provdut f'dan l-Anness.

I. Applikazzjoni

Dan l-Anness huwa applikabbli għal riċerka konġunta magħmula skond dan il-Ftehim, minbarra kif diversament mifthiem mill-Partijiet.

II. Propjetà, allokazzjoni u eżerċizzju ta' drittijiet

1. Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni tad-drittijiet u l-interessi tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom. Kull Parti u l-parteċipanti tagħha għandha tiżgura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jkunu jistgħu jiksbu d-drittijiet għal proprjeta' intellettwali allokata lilhom skond dan l-Anness. Dan l-Anness bl-ebda mod ieħor ma jibdel jew jippreġudika l-allokazzjoni ta' drittijiet, interessi u royalties bejn Parti u persuni ta' l-istess nazzjonalità jew parteċipanti, li għandhom jiġu stabbiliti mil-liġijiet u prattiċi applikabbli għal kull Parti.

2. Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw u għandhom jitqiesu fl-arranġamenti kontrattwali:

(a) Protezzjoni adegwata għall-proprjetà intellettwali (PI). Il-Partijiet u/jew il-parteċipanti tagħhom, skond il-każ, għandhom jiżguraw li jinnotifikaw lil xulxin fi żmien raġonevoli bil-ħolqien ta' kull proprjetà intellettwali li tiżviluppa taħt dan il-Ftehim jew arranġamenti ta' implimentazzjoni u jifittxu l-protezzjoni għal din it-tip ta' proprjeta' intellettwali b'mod tempestiv.

(b) Tingħata konsiderazzjoni tal-kontribut tal-Partijiet jew tażl-parteċipanti tagħhom biex jiġu stabbiliti d-drittijiet u l-interessi tal-Partijiet u tal-parteċipanti.

(ċ) Sfruttament effettiv tar-riżultati.

(d) Trattament mhux diskriminatorju tal-parteċipanti mill-Parti l-oħra meta mqabbel mat-trattament mogħti lil parteċipanti tagħha.

(e) Protezzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali.

3. Il-parteċipanti għandhom jiżviluppaw konġuntament Pjan għall-Ġestjoni tat-Teknoloġija (PĠT) fir-rigward tal-propjetà u l-użu, inkluż il-publikazzjoni, ta' informazzjoni u PI li għandu jinħoloq fil-kors tar-riċerka konġunta. L-aspetti indikattivi ta' PĠT jinsabu fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim. Il-PĠT għandu jiġi approvat mill-aġenzija responsabbli għall-iffinanzjar jew dipartiment tal-Parti involuta fl-iffinanzjar tar-riċerka, qabel il-konklużjoni tar-riċerka speċifika u l-kuntratti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp li huma konnessi magħha.

4. Informazzjoni jew PI maħluqa fil-każ ta' riċerka konġunta u mhux indirizzati fil-PĠT għandha tkun allokata bl-approvazzjoni tal-Partijiet skond il-prinċipji stabbiliti fil-PĠT. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim, din l-informazzjoni jew PI ghandha tkun ta' propjetà konġunta tal-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta li minnha tkun irriżultat l-informazzjoni jew PI. Kull parteċipant li għalih tapplika din id-dispożizzjoni għandu jkollu d-dritt li juża l-informazzjoni jew PI għall-isfruttament tiegħu mingħajr ebda limitazzjoni ġejografika.

5. Filwaqt li jinżammu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni f'oqsma milquta mill-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel minn l-aħjar li tista' biex tiżgura li d-drittijiet miksuba bis-saħħa ta' dan il-Ftehim u l-arranġamenti magħmula taħtu għandhom jiġu eżerċitati b'tali mod li jinkoraġġixxu, b'mod partikolari:

(a) it-tixrid u l-użu ta' informazzjoni maħluqa, żvelata jew magħmula disponibbli b'modi oħra, taħt il-Ftehim, u

(b) l-adozzjoni u l-implemtazzjoni ta' standards tekniċi internazzjonali.

6. It-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim m'għandux jaffetwa d-drittijiet jew obbligi taħt dan l-Anness.

III. Xogħlijiet li għandhom il-copyright

Arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra ta' implimentazzjoni b'mod ieħor għandhom jipprovdu għat-trattament tal-copyright appartenenti għall-Partijiet jew għall-parteċipanti tagħhom b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berna għall-protezzjoni ta' xogħol literarju u artistiku (Att ta' Parigi 1971).

IV. Xogħlijiet literarji xjentifiċi

Mingħajr preġudizzju għas-Sezzjoni V, u kemm-il darba ma jigix mifthiem mod ieħor fil-PI, il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għandha issir b'mod konġunt mill-Partijiet jew il-parteċipanti fir-riċerka konġunta. Bla ħsara għal din ir-regola generali, dawn il-proċeduri għandhom jgħoddu:

1. Fil-każ ta' pubblikazjoni minn Parti jew korpi pubbliċi minn dik il-Parti ta' Ġurnali xjentifiċi u tekniċi, artikoli, rapporti, kotba, inkluż video u software li jirriżultaw minn riċerka konġunta skond dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra jew korp pubbliku ta' dik il-Parti, għandhom jkunu intitolati fil-limiti speċifikati fl-PĠT, għal liċenzja mondjali, mhux esklussiva, irrevokabli, bla bżonn ta' ħlas għad-drittijiet biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrasmetti u tqassam pubblikament dawn ix-xogħolijiet.

2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li xogħolijiet letterarji ta' natura xjentifika naxxenti minn riċerka konġunta skond dan il-Ftehim għandu jkollu tixrid mill-aktar wiesgħa possibbli.

3. Il-kopji kollha ta' xogħol bil-copyright li jridu jitqassmu pubblikament u jkunu ppreparati taħt din id-dispożizzjoni għandhom jindikaw l-ismijiet ta' l-awtur(i) tax-xogħol sakemm xi awtur(i) espliċitament ma jaċċettax li jiġi msemmi. Għandhom ikollhom ukoll rikonoxximent kjarament viżibli ta' l-appoġġ kooperattiv tal-Parijiet.

V. Informazzjoni mhux żvelata

A. Informazzjoni dokumentarja mhux żvelata

1. Kull Parti u l-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandha tiddentifika kemm jista' jkun minn kmieni u preferibilment fil-pjan tal-ġestjoni tat-teknoloġija l-informazzjoni li jixtiequ li tibqa' mistura, filwaqt li jqisu, inter alia, il-kriterji li ġejjin:

(a) kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni fis-sens li m'hijiex, bħala oġġett sħiħ jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew assemblaġġ tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa fost jew faċilment aċċessibli b'mezzi legali għall-esperti fil-qasam;

(b) Il-valur kummerċjali attwali jew potenzjali tal-informazzjoni bis-saħħa tal-kunfidenzjalità tagħha;

(ċ) Il-protezzjoni preċedenti ta' l-informazzjoni fis-sens li ġiet soġġetta għal passi li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna li legalment kellha l-kontroll, li żżomm il-kunfidenzjalità tagħha.

Il-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom, skond il-każ, f'ċerti każijiet jaqblu li, kemm-il darba mhux indikat mod ieħor, partijiet minn jew l-informazzjoni kollha provduta, mibdula jew maħluqa waqt ir-riċerka konġunta ma tistax tiġi żvelata.

2. Kull Parti għandha tassigura li hi u l-parteċipanti tagħha jiddentifikaw b'mod ċar informazzjoni mhux żvelata, per eżempju permezz ta' immarkar xieraq jew leġġendi resttritivi. Dan ukoll japplika għal kull riproduzzjoni ta' din l-informazzjoni, kollha kemm hi jew f'parti.

Parti u parteċipant li jirċievu informazzjoni mhux żvelata għandhom jirrispettaw in-natura privileġġjata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jiġu terminati awtomatikament meta din l-informazzjoni tiġi żvelata u mqiegħda fid-dominju pubbliku mill-propjetarju.

3. Informazzjoni mhux żvelata ikkomunikata taħt il-Ftehim u li tiġi rċevuta mill-Parti l-oħra, tista' tigi mqassma mill-Parti li tirċieviha lil persuni fi ħdan jew li huma impjegati mill-Parti li qieghda tirċievi, u dipartimenti oħra konċernati jew aġenziji tal-Parti li qiegħda tirċievi awtorizzati għall-għanijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li tkun qed issir, iżda kull informazzjoni mhux żvelata imxerrda b'dan il-mod għandha isir skond ftehim ta' kunfidenzjalità u għandha tkun faċilment rikonoxxibbli bħala tali kif stabbilit hawn fuq.

4. Bil-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li qiegħeda tipprovdi l-informazzjoni, il-Parti li tirċievi tista' ixxerred tali informazzjoni mhux żvelata b'mod aktar wiesgħa minn kif permess fil-punt 3 tas-sezzjoni preżenti. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba u l-ksib ta' permess bil-miktub bil-quddiem biex ikun hemm dan it-tip ta' tixrid aktar wiesgħa u kull Parti għandha tagħti din l-approvazzjoni sa dak il-punt li huwa permess mill-politika domestika, regolamenti u ligijiet tagħha.

B. Informazzjoni mhux dokumentarja mhux żvelata

Informazzjoni mhux dokumentarja mhux żvelata jew informazzjoni kunfidenzjali oħra provduta f'seminars u laqgħat oħrajn magħmula taħt dan il-Ftehim, jew informazzjoni li tirriżulta minn self ta' ħaddiema użu ta' faċilitajiet, jew proġetti konġunti, għandha tiġi trattata mill-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja f'dan l-Anness sakemm ir-riċevitur ta' din it-tip ta' informazzjoni mistura jew kunfidenzjali jew privileġjata ikun ġie mgħarraf bin-natura kunfidenzjali ta' l-informazjoni li ġiet lilu komunikata fil-mument li din il-komunikazzjoni tkun qiegħda issir.

Ċ. Kontroll

Kull Parti għandha tagħmel mill-aħjar biex tiżgura li informazzjoni mhux żvelata li tirċievi taħt dan il-Ftehim għandha tkun kontrollata kif stabbilit hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet tirrejalizza li ser tkun, jew li raġonevolment tistenna li tista' tkun, mhux kapaċi li tottempora ruħha mad-dispożizzjonijiet tas-subsezzjoni A u B tas-Sezzjoni presenti, dik il-Parti għandha tinforma immedjatament lil Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom imbagħad jikonsultaw bejniethom biex jiddefinixxu kors xieraq ta' azzjoni.

--------------------------------------------------