22000A0325(01)



Official Journal L 076 , 25/03/2000 P. 0012 - 0015


Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri

bejn il-Komunità Ewropea, mill-parti waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, mill-parti l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera

A. Ittra mill-Komunità

Brussel, 17 ta' Marzu 2000

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma li l-Komunità Ewropea taqbel mal-"Minuti miftiehma" mehmuża ma' din l-ittra dwar numru ta' tibdil għall-arranġamenti ta' l-importazzjoni applikati mill-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera rispettivament għall-prodotti ta' l-agrikultura proċessati, li wħud minnhom huma koperti bil-Protokoll 2 għall-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles ta' l-1972. Dan it-tibdil għandu jsir qabel ir-reviżjoni totali ta' Protokoll 2 sabiex ikunu mibdija fi żmien qasir.

Jien inkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla kunsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

MINUTI MIFTIEHMA

I. Introduzzjoni

Inżammu numru ta' laqgħat bejn l-uffiċċjali tal-Kummissjoni Ewropea u l-uffiċjali tal-Konfederazzjoni Svizzera wara żieda sinifikanti fl-esportazzjoni tal-luminata mill-Isvizzera fil-Komunità Ewropea.

Wara dawn il-laqgħat kien miftiehem li jkunu sottomessi għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet rispettivi tagħhom numru ta' tibdil fl-arranġamenti ta' l-importazzjoni applikati mill-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera rispettivament għall-prodotti ta' l-agrikultura proċessati, li wħud minnhom huma koperti mill-Protokoll 2 għall-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles ta' l-1972.

Dan it-tibdil għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2000. Safejn għandha x'taqsam l-Isvizzera, sakemm jintemmu l-proċeduri interni għar-ratifika ta' dan il-ftehim, għandhom jgħoddu mill-1 ta' April 2000.

F'dik li hi luminata, iż-żewġ partijiet jistgħu jiddeċiedu, qabel l-aħħar tat-tieni sena li ssegwi d-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, sabiex jistabbilixxu l-miżuri mniżżla hemm hekk fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għal Kummerċ Ħieles.

II. Arranġamenti ta' l-importazzjoni ta' l-Isvizzera

1. Il-Konfedereazzjoni Svizzera għandha tiftaħ il-kwoti tat-tariffi annwali li ġejjin għall-Komunità Ewropea:

Il-Kodiċi tat-tariffa Svizzeri | Deskrizzjoni | Kwoti | Ir-rata tad-dazju applikabbli |

0505.1090 | Rix ta' tip użati għall-ibbalzmar u rix irqiq, li mhumiex nejjin u maħsulin. | 12 t | Eżenti |

2202.1000 | Ilma, li jinkludi ilma minerali u ilma arjat, li fih zokkor miżjud jew mod ieħor li jagħti ħlewwa jew bit-togħma. | 35 miljun 1 | Eżenti |

2202.9090 | Xorb ieħor li mhux alkoħoliku | 13 miljun 1 | Eżenti |

2402.2020 | Sigaretti li fihom it-tabakk, b'unità ta' livell massimu bil-piż ta' 1,35 g | 242 t | Eżenti |

2403.1000 | Tabakk tat-tipjip, kemm jekk fih jew ma fihx sostituti tat-tabakk f'kull proporzjon. | 99 t | Eżenti |

2. Is-sena ta' wara, l-kwoti għandhom jitnaqqsu b' 10 %.

III. Arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-Komunità

1. Il-Komunità għandha tiftaħ il-kwoti annwali li ġejjin għall-Isvizzera:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kwoti | Rata tad-dazju applikabbli |

13022010 | Sustanzi pektini, pektinati u pektati: niexfa | 605 t | Eżenti |

21011111 | Estratti, essenzi u konċentrati b'mod niexef b'bażi tal-kafe' li fihom 95 % jew iktar bil-piż | 1870 t | Eżenti |

21012020 | Estratti, essenzi u konċentrati tat-te' jew mate' | 132 t | Eżenti |

21069092 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel/oħra mingħajr xaħmijiet tal-ħalib, sukrożi, isoglukożi, glukożi jew lamtu jew li fihom, bil-piż, inqas min 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożi jew isoglukożi, 5 % glukożi jew lamtu | 935 t | Eżenti |

2. Is-sena ta' wara, il-kwoti għandhom jitnaqqsu b' 10 %.

3. Luminati

- il-Komunità għandha tiftaħ kwota annwali ta' l-eżenzjoni tad-dazju għall-Konfederazzjoni Svizzera, għall-oġġetti klassifikati fil-Kodiċi NM 22021000 (ilmijiet, li jinkludu l-ilmijiet minerali u l-ilmijiet arjati, li jkun fihom zokkor miżjud jew mod ieħor li jagħti ħlewwa bit-togħma) u ex22029010 (xorb ieħor li jkun fih iz-zokkor), għall-kwantità li ġejja: 75 miljun l,

- barra din l-allokazzjoni tal-kwota, id-dazju ta' l-importazzjoni għandu jkun 9,1 %.

- fis-snin li ġejjin, jekk tintuża l-kwota, għandha titnaqqas b'10 % fuq bażi annwali. Jekk il-kwota ma tintużax, il-luminata msemmija fl-ewwel inċiż terġa' għall-darb'oħra tkun regolata mill-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles.

IV. Dwar ir-regolamenti ta' l-oriġini, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet ta' Protokoll 3 tal-Ftehim għal Kummerċ Ħieles bejn l-Isvizzera u l-KE.

B. Ittra mill-Isvizzera

Brussel, 17 ta' Marzu 2000

Sinjur,

Għandi l-unur li nirrikonoxxi li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra dan li ġej:

"Għandi l-unur nikkonferma li l-Komunità Ewropea taqbel mal-"Minuti miftiehma" mehmuża ma' din l-ittra dwar numru ta' tibdil għall-arranġamenti ta' l-importazzjoni applikati mill-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera rispettivament għall-prodotti ta' l-agrikultura proċessati, li wħud minnhom huma koperti bil-Protokoll 2 għall-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles ta' l-1972. Dan it-tibdil għandu jsir qabel ir-reviżjoni totali ta' Protokoll 2 sabiex ikunu mibdija fi żmien qasir.

Jien inkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek u d-data proposta għad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla kunsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------