Official Journal L 277 , 28/10/1999 P. 0042 - 0042
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/98 tas-27 ta' Novembru 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/98 tal-25 ta' Settembru 1998 [1]; Billi d-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1997 li temenda għas-sittax-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet u l-marketing u l-użu ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0056: Id-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1997 (ĠU L 333, ta' l-4.12.1997, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' Novembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1998. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 62. [2] ĠU L 333, ta' l-4.12.1997, p. 1. --------------------------------------------------