Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0061 - 0061
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/98 tal-25 ta' Settembru 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/98 tal-31 ta' Lulju 1998 [1]; Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/57/KE tat-22 ta' Settembru 1997 li tistabbilixxi l-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0057: Id-Direttiva tal-Kunsill 97/57/KE tat-22 ta' Settembru 1997 (ĠU L 265, tas-27.9.1997, p. 87)." . Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 97/57/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Settembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1998. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 51. [2] ĠU L 265, tas-27.9.1997, p. 87. --------------------------------------------------