Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0016 - 0016
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 [1]. (2) D-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997 li temenda l-Anness għad-Direttiva 93/7/KEE dwar ir-radd lura ta' l-oġġetti kulturali mneħħija kontra l-liġi mit-territorju ta' Stat Membru [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE) tal-Kapitolu XXVIII ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendat bi: 396 L 0100 : : Id-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997 (ĠU L 60, ta' l-1.3.1997, p. 59)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1. [2] ĠU L 60, ta' l-1.3.1997, p. 59. --------------------------------------------------